Giuseppe Maria Barbara

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Ġiuseppe M.Barbara

Mro. Giuseppe Maria Barbara A. (Mus.) L.C.M. twieled f’ Marsaxlokk fl-1918 u beda l-karriera mużikali tiegħu fl-1935 meta daqq l-ottavin mal-Banda Beland taż-Żejtun. Huwa studja t-teorija għand Mro William James Worley u taħtu għamel kors regolari tal-Advanced Grade. Studja armonija u kontrapont taħt Mro Vincent Costa ta’ Birkirkara u kiseb id-diploma ta’ Associate tal-Kulleġġ Mużikali ta’ Londra (A.Mus. L.C.M.).

Fl-1945, ħa taħt it-tmexxija tiegħu l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq u fl-1946 organizza u kabbar il-Banda tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba. Fl-1956 ħa taħt idejh il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Trinita Qaddisa tal-Marsa u biha wettaq Innu tiegħu f’ġieħ it-Trinità Mqaddsa, versi tal-poeta msemmi Dun Frans Camilleri u li kien milqugħ b’tifħir mill-pubbliku u mill-ġurnali. Fl-1960 beda jidderieġi l-banda ta’ Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq). Bejn is-sena 1991 u 1994 is-Surmast Giuseppe Maria Barbara kien l-ewwel Surmast li mexxa il-Banda tal-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta' Marsaxlokk.

Xogħolijiet mużikali għandu ħafna. Barra minn għadd ta’ marċi brijużi u oħrajn funebri, għandu l-Innu grandjuż f’ġieħ Santa Marija Assunta, versi tal-Imqabbi Patri Ġiżwita Joseph Ghigo, u li ndaqq għall-ewwel darba fit-13 ta’ Awwissu 1949 mill-Banda tas-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba. Dakinħar l-Overture Odette indaqq ukoll għall-ewwel darba mill-istess banda u kiseb suċċess. Għandu wkoll Fantasija għall-klarinett in Mi Bimoll u Overtures: Persicaria u Madame D’Honneur. Il-mużika tiegħu twettqet minn diversi baned. Huwa dam surmast tal-banda tal-Imqabba mill-1947 sal-1950.