Giuseppe Ellul

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Giuseppe Ellul kien Professur tal-ġinekoloġija u l-qwiebel. Kien iben Luigi Ellul u Concetta Micallef. Twieled f’ Bormla fit-30 ta’ Marzu 1888.

Iżżewweġ lil Maria Sacco fil-Knisja ta’ San Ġakbu l-Belt Valletta fil-21 ta’ Jannar 1918. It-tfal mill-ewwel żwieġ kienu Dr. Joseph Ellul M.D., Louis Ellul u Maria Ellul.

Wara l-mewt tal-ewwel mara tiegħu Prof. Ellul iżżewweġ lil Maria Anna Shields fis-26 ta’ Diċembru, 1949 fil-Knisja tal-Istitut ta’ San Ġużepp, il-Ħamrun. Ix-xhieda tiegħu f’dan iż-żwieġ kienu l-Prim Ministru Onor. Dr. Pawlu Boffa u l-Onor. Dr. Anthony Schembri Adami.

Huwa kien serva bħala s-seba President tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae bejn it-28 ta’ Jannar, 1924 u s-27 ta’ Jannar, 1927, imma imħabba l-impeni li kellu, kemm fil-professjoni u kemm fil-Parlament, is-Seduti ta’ Soċjeta kienu jitmexxew mill-Viċi President Giovanni Corrado.

Kien iċ-Chairman tal-Eżekuttiv tal-Malta Labour Party u ġie elett fil-Parlament Malti fl-1947 meta kkontesta fuq l-ewwel distrett elettorali.

Prof. Ellul miet fl-isptar tal-Blue Sisters tas-Sliema fis-6 ta’ Ġunju 1958.