Giuseppe Bugeja

From M3P
Revision as of 15:58, 23 October 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Giuseppe Bugeja)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

File:Giuseppe Bugeja.jpg
Giuseppe Bugeja

Giuseppe Bugeja twieled l-Imqabba nħar it-22 ta’ Diċembru 1896 iben Mastru Salv u Marija née Farrugia. Is-Sur Joseph Bugeja kien ikkwalifikat fil-Bookkeeping u Typewriting u mgħejjun bil-lingwi li tgħallem, kien Manager dehen tal-grad fl-uffiċju tiegħu. Bil-personalità li kellu kien midħla ta’ ħafna nies professjonisti u oħrajn. Permezz tal-kuntatti li kellu tista’ tgħid li kien jaf lil kulħadd.

Joseph Bugeja kellu intuwizzjoni biex jindividwa l-potenzjal ta’ kull membru u kien jgħinu jiżviluppah għall-benefiċċju tas-Soċjetà kif ukoll li jagħraf b’kelma perswasiva kif iżomm il-kumitat u s-Soċjetà magħqudin. Kien bniedem integru u altruwista tant li meta l-gvernatur Sir Charles Bonham Carter spiċċa minn żjara fil-każin, staqsa lis-Sur Joseph Bugeja għal xi rakkomandazzjoni. Ix-xewqa tiegħu kienet ċara għaliex talab telefon pubbliku wara esperjenza personali li kellu. Sa dak iż-żmien l-uniku telefon pubbliku kien jinsab fl-għassa tal-pulizija li mhux dejjem kienet tkun miftuħa. B’hekk dan it-telefon pubbliku kien providenzjali u akkomoda sew lil kulħadd.

Fis-sena 1934, insibu li Giuseppe Bugeja kien strumentali fl-akkwist tal-fond tal-Każin Re Ġorġ V meta refa’ r-responsabbiltà tax-xiri u tal-kuntratt u għadda s-sit għas-sede tas-Soċjetà. Dan l-akkwist kien pass ta’ prevenzjoni għaqlija biex is-Soċjetà tiġi kkonsolidata b’sede propjetà tagħha.

Matul il-gwerra, l-attività tal-festi waqfet għal kollox. F’dak iż-żmien, meta l-Inġinier Ingliż Mr. Cyril C. Mavity kien inkarigat mill-Air Raid Shelter Construction ta’ Malta, is-Sur Bugeja ġie appuntat Area Officer – Shelter Construction għar-raħal tal-Imqabba. Fil-fatt is-Sur Bugeja kien responsabbli mill-pagi tal-ħaddiema u l-kontijiet tax-xogħol kollu li sar fix-xelters tal-Imqabba. Il-Każin Re Ġorġ V serva ta’ uffiċju għalhekk.

Joseph Bugeja iżżewweġ lil Carmela Gauci, bint Baskal u Margherita née Facciol, nħar l-24 ta’ Ottubru 1937. Il-festin sar fil-Każin Re Ġorġ V; kienet l-ewwel okkażjoni ta’ din ix-xorta li saret hemm. Kellhom familja eżemplari b’erbat itfal; Mary, Re. Fr. Joe B.A.,Lic.D., Charlie u Terry. Fl-1972, Joseph Bugeja mar joqgħod Santa Lucija ma’ ibnu Fr. Joe meta kien kappillan t’hemm. Joseph Bugeja għadda għall-ħajja ta’ dejjem fis-sena 1987 fil-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, meta ibnu Fr. Joe kien kappillan.