Giuseppe Agius Muscat

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joseph Saviour Carmelo Agius Muscat, magħruf bħala Dr.Giuseppe Agius Muscat huwa iben Carmelo Agius u Felicita Muscat. Twieled fl-Birgu fit-2 t’Awwissu 1893. Sar tabib fis-sena 1919.

Iżżewweġ lil Vincenza Bonello fil-Kappella tal-Madonna ta’ Lourdes il-Furjana fis-27 ta’ Diċembru 1934 u kellhom ir-residenza tagħhom f’nru. 15, Triq il-Ġnien Ħaż-Żabbar. Flimkien kellhom ħamest itfal, Annie, Renato, (li nafhu bħala preżentatur fuq it-televiżjoni Maltija MTV bil-programm popolari Studio għat-Tfal, wara kien wkoll kandinat politiku f’isem il-Partit Nazzjonalista, Lora, Marya u Lino.

Huwa serva bħala President tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae bejn is-27 ta’ Frar, u wara kompla jservi mis-26 ta’ Settembru, 1943 sa it-3 ta’ Frar, 1946. Fejn wara sar President Onorarju ad Vitam sas- 7 ta’ Ġunju, 1951.

Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija huwa baqa’ joqgħod Ħaż-Żabbar u għalkemm kellu familja kbira, offra daru lis-Sorijiet tal-Ursolini wara li l-kunvent tagħhom fi Triq il-Kbira ntlaqat mill-bombi. Agius Muscat kien it-tabib tal-Air Raid Precautions Unit ta’ Ħaż-Żabbar. Huwa kien ukoll it-tabib konsulent tas-Società Operaia Mutuo Soccorso di San Francesco u l-President tal-Orchestra Unione, it-tnejn ta’ Ħaż-Żabbar. Kien jieħu sehem ukoll fl-Għaqda tal-Morda għal Lourdes.

Huwa kkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali ta’ Malta fl-1924 mal-partit Unione Politica Maltese però ma ġiex elett.

Eventwalment huwa ġie elett fl-elezzjonijiet ġenerali għal erba’ darbiet, l-ewwel mal-partit Unione Politica Maltese u mbagħad mal-Partit Nazzjonalista fejn eventwalment kien appuntat bħala Ministru tas-Saħħa u s-Servizzi Soċjali fl-1950.

Miet Ħaż-Żabbar fis-7 ta’ Ġunju 1951. Il-funeral tiegħu kien fost l-ikbar li qatt saru f’Ħaż-Żabbar minħabba l-popolarità tiegħu anke għaliex kien tabib tar-ruħ u ħanin mal-fqar. Fl-1988 it-triq fejn Giuseppe Agius Muscat kellu l-klinika tiegħu, issemmiet f’ismu filwaqt li fl-1990 inkixef bust tat-tabib li nħadem mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.

Is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ onorat lil Agius Muscat billi semmiet sala ġol-każin għal ismu u anke inawgurat plakka kommemorattiva mal-faċċata tad-dar tiegħu fl-1991.

Il-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żabbar huwa wkoll imsemmi għat-tabib Agius Muscat.