Giovanni Ghigo

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Giovanni Ghigo

Giovanni Ghigo jew kif kien magħruf Ġianni twieled L-Imqabba fl-1901, iben Nikola u Gużeppina mwielda Caruana. Wara li ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-Iskola tal-Imqabba, Ganni għadda għall-klassijiet ogħla fl-Iskola taż-Żurrieq. Attenda skola preparatorja għall-eżami tad-Dockyard immexxija minn Mr McKay f’ Bormla. Għadda mill-eżami tad-Dockyard u għamel apprendistat ta’ shipwright. Ganni ħaddan is-sengħa b’entużjażmu u dan kien providenzjali għas-Soċjetà.

Wara l-ewwel gwerra dinjija, bdiet tinħass fost is-soċji x-xewqa li jiżdied sostanzjalment l-armar tal-festa. Ir-responsabbiltà tal-kostruzzjoni waqgħet fuq Ganni Ghigo li ħa ħsieb jordna d-disinji. Hu kien intefa’ b’ruħu u ġismu fuq ix-xogħol tal-armar. Wara li l-ewwel inħadmu l-pedestalli ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, kien imiss dawk tal-appostli, tal-anġli fi Triq il-Parroċċa u tad-dawl. Wara dan kollu ħarġet l-idea li ssir statwa tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna. Ganni Ghigo kien talab disinn lill-magħruf Abram Gatt li kien ukoll superjur tiegħu fit-Tarzna. Hekk twieled il-pedestall kapolavur magħruf aktar bħala l-‘Kolonna’.

Ganni Ghigo żżewweġ lil Marija Stella xebba Mallia fl-1925 u kellhom ħames ulied; Dun Joseph Ghigo S.J. Lic. Phil, Lic. Theol. B.Sc. Econ. (Lond), Attilio, Karmenu, Piju u Vince. Fis-sena 1934 mar joqgħod Raħal Ġdid iżda matul il-gwerra ġie joqgħod l-Imqabba fl-istess dar li kellu qabel. Wara Ganni reġa’ mar joqgħod Raħal Ġdid iżda regolarment kien imur il-każin bir-rota, xemx u xita, nħar ta’ Ħadd, festi u meta kien ikun hemm bżonn.

Inħatar President fis-sena 1949 u baqa’ fil-kariga sal-1953 meta rtira minħabba saħħtu. L-aħħar ħidma imperattiva tiegħu kienet l-idea tat-tkabbir tal-każin fl-1946. Il-bini li kien jikkonsisti f’sala fl-ewwel sular u kolonnar fil-portiku beda meta Ganni kien għadu President tas-Soċjetà. Hu kellu s-sodisfazzjon li jara l-portiku u s-sala prinċipali lesti għall-festi kbar li għamlet is-Soċjetà fl-okkażjoni tad-defenizzjoni tad-Domma tal-Assunzjoni.