Geronimo Abos

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Abos mhux l-iktar Mużiċista Kompożitur Malti antik li nafu bih. Hu magħruf b’ wieħed mill-aqwa Kompożituri tad-dinja, ċelebrità mondjali!

Abos Geronimo jew Gerolamo hu ta’ nisel Spanjol, iżda mwieled Malta u għalhekk hu Malti. Fliema belt jew raħal wieled bqajna ma nafux. Dwar is-sena tat-twelid tiegħu nqala’ wkoll ħafna xkiel. Faurè u Rolandi jgħidu li twieled fl-1706, Eric Blom, fid-Dizzjunarju tiegħu tal-Mużika, iridu mwieled fl-1719 u miet f’ Napli fl-1760 waqt li Magni Duflocq igħarrafna li twieled fl-1708 u miet fl-1786.

Abos għamel kors ta’ studju regolari f’Napli taħt iċ-ċelebritajiet Leonardo Leo u Francesco Durante. Ta’ 25 sena, insibuh igħallem fil-Konservatorju Mużikali “Pietà dei Turchini” u wkoll f’dak ta’ San Onofrio. F’dan il-Konservatorju kellu taħt idejh lil Giuseppe Aprile u Nicola Sala, it-tnejn mużiċisti ta’ isem kbir u magħhom iċ-ċelebri Giovanni Paisiello. Abos kien ukoll il-Maestro di Cappella tal-Kattidral u Surmast tal-Kant fl-iskejjel u fil-kunventi.

Skond manuskritt fil-Bibljoteka tagħna (Vol. 1772) miktub fl-1842, mis-Saċerdot Francesco Caruana Dingli, insibu li “Abos, Maestro di Cappella tal-Kattidral San Gennaro, Napli hu n-neputi ta’ l-Uditur Farrugia. Dan iz-ziju bagħtu jistudja Napli spejjeż tiegħu għax ma riedux jibqa’ f’Malta jagħmilha ta’ Organista ta’ San Ġwann.” Dan il-manuskritt iżid igħarrafna wkoll li “Abos rebaħ il-prefettura ta’ Maestro di Cappella f’Napli b’konkors reali.” Kien għadu ta’ 25 sena meta esegwixxa li “Stabat Mater” tiegħu u biha ħasad u għaġġeb lil kulħadd.

Abos kiteb bosta mużika sagra tħoll il-qalb u tgħolli il-ħsieb il fuq lejn Alla. Minn dan it-teżor ta’ mużika iktar li semmew il-Quddiesa “a quattro voci” u “Stabat Mater” Din il-quddiesa ġiet esegwita bosta drabi fil-knejjes kbar tal-Ġermanja.

Barra mill-mużika sagra, Abos kiteb ukoll mużika operatika. Dawn huma l-opri tiegħu:

  • “Le due zingare” esegwita f’Napli, fl-1742;
  • “La Serva Padrona” f’Napli wkoll fl-1744;
  • “La Moglie gelosa” f’Napli fl-1745;
  • “L’Adriano” f’Ruma fl-1750;
  • “Arianna e Tesco” f’Venezja fl-1758;
  • “Tito Manlio” f’Modena fl-1753;
  • “Creso” f’Londra fl-1758.

Dan it-tagħrif ħadnih mill Enciclopedia Italiana ta’ Giovanni Treccani. Din l-Enċiklopedija żżid tgħarrafna li ħafna opri tiegħu baqgħu manuskritti fosthom x’aktarx li huma dawn: Erfile; Medo; Love in a Cottage; The Maid of the Mill u Pelopida.

Dawn huma l-ewwel opri teatrali ta’ Kompożitur Malti. Dnub li qatt ma dehret opra minnhom fuq il-Palk Malti. Abos miet ta’ 80 sena fl-1786.