Geraldu Farrugia

From M3P
Revision as of 19:44, 4 May 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Ġeraldu Farrugia)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Ġeraldu Farrugia twieled f’Ħaż-Żebbuġ nħar it-30 ta’ Novembru 1906, iben Kalċidon u Marianna née Spiteri. Kien il-kbir fost ħames aħwa u fi Frar tal-1953, fl-età ta’ 47 sena żżewweġ lil Karmena née Bonnici.

Bħal ħafna surmastrijiet oħra beda t-tagħlim tal-mużika minn età żgħira. Beda l-istudju tal-mużika mal-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Kav.Giuseppe Busuttil. Ħareġ idoqq il-flawt – ottavin mal-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan fil-Programm Mużikali ta’ nħar Ħadd il-Palm.

Snin wara, fl-1922 qaleb idoqq is-saxaphone. Kompla l-istudju tiegħu għand is-Surmast Carmelo Pace. Is-Surmast Ġeraldu Farrugia, fl-1 ta’ Settembru tal-1932, fl-età ta’ 26 sena ħa t-tmexxija tal-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan. Minn hawn bdiet l-era twila u mlewna tas-Surmast Ġeraldu Farrugia li kellu jindokra l-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan għal 38 sena sħaħ sa l-1970. Kienu snin li matulhom dan is-surmast mhux biss ħa ħsieb il-banda, iżda wkoll ħa ħsieb it-trawwim ta’ numru sostanzjali ta’ bandisti, li minnhom ħarġu wkoll surmastrijiet.

Matul dan iż-żmien il-banda kellha diversi okkażjonijiet fejn esegwiet programmi mużikali fosthom biex jiġi mfakkar il-25 sena (Silver Jubilee) tar-Re Ġorġ V, f’Mejju tal-1935 u waqt iż-żjara tar-Reġina Elizabetta f’Malta fl-1954 fi pjazza Reġina fil-Belt. Okkażjonijiet oħra speċjali kienu meta l-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan iċċelebrat l-anniversarji mit-twaqqif tagħha, speċjalment dak tal-1960 meta taħt id-direzzjoni tiegħu l-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-ewwel banda f’Malta. Kemm kien kburi u ferħan dak inhar li kellu x-xorti li jkun hu li jidderieġi l-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan – Omm il-Baned Maltin.

Matul il-karriera tiegħu ta’ surmast direttur Ġeraldu Farrugia kiteb diversi marċi brijużi kif ukoll funebri, u kompożizzjonijiet mużikali oħra. Fost il-marċi brijużi tiegħu ma tistax ma ssemmix “Lill-Malta Rebbieħa”, “Eagle Form”, “Ave Josef”, u l-aktar wieħed popolari “Lil Indrì Borg – Missier il-Banda De Rohan”.

Ħallilna wkoll l-innu tal-banda “Rohan”. Minn fost il-ħafna marċi funebri ta’ min isemmi “In Memory of My Father”, “Non Obliarmi” u “In Memoria di Pio XI”. Fost is-siltiet mużikali, kompożizzjoni ta’ dan is-surmast, insibu l-Marcia Sinfonica “Heroic Hearts” li kien iddedika lill-qalbiena Ġużeppini Żebbuġin.

Is-Surmast Ġeraldu Farrugia ħalla din id-dinja nħar is-17 ta’ Jannar 1987. Fil-funeral kien akkumpanjat mill-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan.