Difference between revisions of "George Martin"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 23: Line 23:
[[Category:Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]]
[[Category:Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]]
[[Category:Għaqda Mużikali San Leonardu]]
[[Category:Għaqda Mużikali San Leonardu]]
[[Category:Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura)]]

Revision as of 11:43, 4 May 2021

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Chev. George Martin

Maestro George Martin A. (Mus), L.C.M.,S.M.O.S.J. Twieled nħar it-2 ta’Marzu, 1920. Beda l-karriera mużikali tiegħu ta’ età żgħira ħafna mal-Banda Queen’s Own tal-Isla jew kif nafuha illum La Vincitrice Band Club u billi mill-bidu nett wera li għad javanza ħafna, il-Kumitat ta’ dak iż-żmien iddeċieda li jibagħtu għal studju avanzat taħt iċ-ċelebri Maestro Gaffarelli. Kien hawn li huwa żviluppa bħala wieħed mill-aqwa strumentalisti, fejn apparti strumenti mużikali oħrajn, huwa speċjalizza fil-French Horn.

Żmien wara huwa kompla jistudja taħt il-bravu Mro Carmelo Pace F.L.C.M.,L.R.S.M. għad-Diploma ta’ Associate of the London College of Music fejn ħa kors intensiv fl-Armonija, Kontrapunt, Fuga, Instrumentazzjoni, Kompożizzjoni u Storja tal-Mużika. Minbarra Surmast Direttur tas-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba, fejn dam mal-banda bħala Surmast mill-1956 sal-1991. Kien iħobb il-banda daqs il-mimmi ta’ għajnejh.

Għall-żminijiet twal kien Surmast Direttur ta’ diversi baned oħrajn bħal Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal Kirkop, Queen’s Own tal-Isla u Vilena Band Club tal-Furjana. Huwa dderieġa l-Banda Nazzjonali diversi drabi. Minbarra li Mro George Martin huwa tista’ tgħid wieħed mill-ewwel Maltin li ġie aċċettat membru tal-Performing Rights Society ta’ Londra, huwa kellu wkoll l-unur kbir li l-bijografija tiegħu ġiet imdaħħla fid-Dictionary of International Biography, dizzjunarju li huwa awtorità.

Il-kompożizzjoni tiegħu, minbarra numru kbir ta’ marċi brijużi u funebri, jinkludu erba’ Concert-Overtures, Fantasija Mużikali, Momente Romantique u żewġ Innijiet grandjużi għall-Banda, Solisti u Kor, wieħed lil San Leonardu u ieħor lil Santa Marija tal-Imqabba, li mill-1966, meta żżanżan, baqa’ jindaqq kull sena. Fl-4 ta’ Marzu 1974, Mro George Martin kien onorat għall-kapaċità tiegħu fil-qasam mużikali billi nħatar Kavallier di Grazia tal-Ordni Sovrana ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm. Fl-1981, f’għeluq il-ħamsa u għoxrin sena tas-Surmast George Martin bħala Direttur tal-Banda fl-Imqabba, saru festi speċjali. Is-Soċejtà Santa Marija, bħala turija ta’ apprezzament, ippreżentat bandiera ġdida tal-banda li ttellgħet għall-ewwel darba fl-10 ta’ Awwissu, jum li kien iddedikat lis-Surmast Martin.

George Martin miet fl-24 ta’ Frar 1991 wara ħajja twila mal-banda. Jibqa’ mfakkar għall-Innu kapolavur ‘Lil Marija Mtellgħa s-Sema’.

External links