Difference between revisions of "Għawdex"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Għawdex)
 
Line 8: Line 8:
==Iċ-Ċittadella ==
==Iċ-Ċittadella ==
Matul iż-żminijiet, iċ-Ċittadella jew kif l-Għawdxin għadhom isejħula, “il-Kastell”, kienet isservi bħala refuġju għall-Għawdxin, l-istess bħalma l-[[Imdina]] kienet isservi għall-Maltin, kull meta l-gżejjer tagħna kienu jigu attakkati mill-furbani. Mhux l-ewwel darba li dawn kienu jiżbarkaw u jattakkaw lil Għawdex. Ma ninsewx li meta Dragut ma setax jieħu dak li ried minn Malta fl-iżbark li għamel f’Malta fl-1551, kien dar lejn Għawdex u kaxkar miegħu mal-5,000 ruħ bħala skjavi, anke jekk dawn kienu qed jistkennu ġewwa s-swar tal-Kastell.

Nafu li ċ-ċitadella kienet abitata, kemm fiż-żmien il-[[preistorja]] (2000-750 Q.K.), kif ukoll fiż-żmien ir-Rumani (madwar it-218 ’il quddiem). F’dan l-aħħar perjodu nstab li kienu nbnew diversi binjiet pubbliċi, bħal pereżempju tempji lill-allat pagani, kif ukoll [[monumenti]] li ġew mibnija f’ġieħ persunaġġi distinti tal-familji imperjali. Dak iż-żmien il-parti ffortifikata taċ-ċittadella kienet twassal aktar ’l isfel milli hija llum, dan biex tkopri u tipproteġi parti kbira mir-[[Rabat]].

Meta wieħed iżur iċ-Ċittadella, wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċittadella huwa l-[[Katidral]] li kien imbena bħala knisja ewlenija mill-arkitett [[Lorenzo Gafà]], bejn l-1697 u l-1711. Fiċ-ċokon tiegħu, dan il-katidral xorta jispikka u jagħti xeħta maestuża, mibni kif inhu fuq taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla. Dan it-tempju nbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terremot tal-1693. L-istess kien ġara lill-Katidral tal-Imdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lill-Assunzjoni (il-Madonna Tiela’ s-Sema’) u l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla taparsi, fis-sens li, minflok ġiet mibnija, il-koppla ġiet impinġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera li meta tħares lejha minn taħt, taħsibha koppla ta’ veru. Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan [[Antonio Pippi]]. Ma’ dan il-katidral hemm [[mużew]] żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw [[statwi]] ta’ żewġ Papiet: dik ta’ [[Piju IX]], li kien stabilixxa lil Għawdex bħala djoċesi fl-1864, u dik ta’ [[Ġwann Pawlu II]], li kien żar il-Katidral fis-26 ta’ Mejju 1990.
 
Meta wieħed iżur iċ-Ċittadella, wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċittadella huwa l-[[Katidral]] li kien imbena bħala knisja ewlenija mill-arkitett [[Lorenzo Gafà]], bejn l-1697 u l-1711. Fiċ-ċokon tiegħu, dan il-katidral xorta jispikka u jagħti xeħta maestuża, mibni kif inhu fuq taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla.  
 
Dan it-tempju nbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terremot tal-1693. L-istess kien ġara lill-Katidral tal-Imdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lill-Assunzjoni (il-Madonna Tiela’ s-Sema’) u l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla taparsi, fis-sens li, minflok ġiet mibnija, il-koppla ġiet impinġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera li meta tħares lejha minn taħt, taħsibha koppla ta’ veru. Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan [[Antonio Pippi]]. Ma’ dan il-katidral hemm [[mużew]] żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw [[statwi]] ta’ żewġ Papiet: dik ta’ [[Piju IX]], li kien stabilixxa lil Għawdex bħala djoċesi fl-1864, u dik ta’ [[Ġwann Pawlu II]], li kien żar il-Katidral fis-26 ta’ Mejju 1990.
 
Iċ-Ċittadella llum għandha ħafna binjiet imfarrka, biss għad fadlilha wkoll ħafna monumenti storiċi li jsebbħuha. Hawn jinsabu l-Palazz tal-Isqof u l-Qorti li ilhom hemm minn ħafna żmien. Insibu wkoll il-mużew tal-arkeoloġija f’Casa Bondì. Hemm ukoll il-Mużew tal-Folklor ġo dar antika u ħelwa, kif ukoll jeżisti mużew wkoll tax-xjenza naturali.

[[Category: Others]]
I{ }

Revision as of 07:54, 20 February 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Għawdex huwa parti mill-arċipelagu Malti, u huwa t-tieni l-akbar gżira fid-daqs wara Malta. Għawdex għandu ambjent aktar rurali. Għawdex magħruf bħala l-Gżira tat-Tliet Għoljiet, kif ukoll bħala l-Gżira ta' Kalipso, isem meħud mil-leġġenda ta' Omeru fl-Odissea, li tirrakkonta kif Ulisse żbarka fuq il-gżira ta' Ogigia (li jingħad li hi Għawdex), fejn Ulisse għex man-ninfa Kalipso.

Storja

Bħal Malta, l-istorja ta' Għawdex tmur lura sebat elef sena. Hawn instabu siti arkeoloġiċi antiki li xi wħud minnhom huma magħrufa sew, bħalma hu t-tempju megalitiku tal-Ġgantija fix-Xagħra. Hu possibli ħafna li l-ewwel nies li għexu fuq il-Gżejjer Maltin l-ewwel ma għexu kien f'Għawdex minħabba li din hi l-ewwel gżira li tintlaħaq minn Sqallija, minn fejn ġew l-eqdem abitanti tal-Gżejjer Maltin. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqogħdu f'għerien u f'giren. Fi żmien ir-Rumani, Għawdex sar muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita.

Iċ-Ċittadella

Matul iż-żminijiet, iċ-Ċittadella jew kif l-Għawdxin għadhom isejħula, “il-Kastell”, kienet isservi bħala refuġju għall-Għawdxin, l-istess bħalma l-Imdina kienet isservi għall-Maltin, kull meta l-gżejjer tagħna kienu jigu attakkati mill-furbani. Mhux l-ewwel darba li dawn kienu jiżbarkaw u jattakkaw lil Għawdex. Ma ninsewx li meta Dragut ma setax jieħu dak li ried minn Malta fl-iżbark li għamel f’Malta fl-1551, kien dar lejn Għawdex u kaxkar miegħu mal-5,000 ruħ bħala skjavi, anke jekk dawn kienu qed jistkennu ġewwa s-swar tal-Kastell.

Nafu li ċ-ċitadella kienet abitata, kemm fiż-żmien il-preistorja (2000-750 Q.K.), kif ukoll fiż-żmien ir-Rumani (madwar it-218 ’il quddiem). F’dan l-aħħar perjodu nstab li kienu nbnew diversi binjiet pubbliċi, bħal pereżempju tempji lill-allat pagani, kif ukoll monumenti li ġew mibnija f’ġieħ persunaġġi distinti tal-familji imperjali. Dak iż-żmien il-parti ffortifikata taċ-ċittadella kienet twassal aktar ’l isfel milli hija llum, dan biex tkopri u tipproteġi parti kbira mir-Rabat.

Meta wieħed iżur iċ-Ċittadella, wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċittadella huwa l-Katidral li kien imbena bħala knisja ewlenija mill-arkitett Lorenzo Gafà, bejn l-1697 u l-1711. Fiċ-ċokon tiegħu, dan il-katidral xorta jispikka u jagħti xeħta maestuża, mibni kif inhu fuq taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla.

Dan it-tempju nbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terremot tal-1693. L-istess kien ġara lill-Katidral tal-Imdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lill-Assunzjoni (il-Madonna Tiela’ s-Sema’) u l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla taparsi, fis-sens li, minflok ġiet mibnija, il-koppla ġiet impinġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera li meta tħares lejha minn taħt, taħsibha koppla ta’ veru. Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan Antonio Pippi. Ma’ dan il-katidral hemm mużew żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw statwi ta’ żewġ Papiet: dik ta’ Piju IX, li kien stabilixxa lil Għawdex bħala djoċesi fl-1864, u dik ta’ Ġwann Pawlu II, li kien żar il-Katidral fis-26 ta’ Mejju 1990.