Difference between revisions of "Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
 
(6 intermediate revisions by the same user not shown)
Line 28: Line 28:


== Is-sena 1987 ==
== Is-sena 1987 ==
Il-Kumitat il-ġdid beda bil-ħidma tiegħu u waħda mill-ewwel inizjattivi tiegħu kienet li jibda jinħareġ fuljett kull xahrejn biex jagħti informazzjoni dwar l-andament tas-Soċjeta lill-poplu ta' Ħad-Dingli. "L-ISTANDARD" kien l-isem ta' dan il-fuljett u kien jinkludi wkoll artikli ta' interess ġenerali. Il-ħarġa ta' Lulju/Awwissu kienet tkun ħarġa speċjali fi-okkażjoni tal-festa. "L-ISTANDARD" baqa joħroġ regolari sal-festa 1990, imbagħad sal-1994 ħareġ biss darba fis-sena fi żmien il-festa.
Il-Kumitat il-ġdid beda bil-ħidma tiegħu u waħda mill-ewwel inizjattivi tiegħu kienet li jibda jinħareġ fuljett kull xahrejn biex jagħti informazzjoni dwar l-andament tas-Soċjeta lill-poplu ta' Ħad-Dingli. '''L-ISTANDARD''' kien l-isem ta' dan il-fuljett u kien jinkludi wkoll artikli ta' interess ġenerali. Il-ħarġa ta' Lulju/Awwissu kienet tkun ħarġa speċjali fi-okkażjoni tal-festa. '''L-ISTANDARD''' baqa joħroġ regolari sal-festa 1990, imbagħad sal-1994 ħareġ biss darba fis-sena fi żmien il-festa.


F'din is-sena l-Banda ħarġet sett ta' marċi ġodda u l-ewwel tnax-il aljiev tas-Soċjeta ħarġu jdoqqu mal-banda. Fil-pjazza ġew imżanżna sett ta' sitt bandalori u kuruna f'nofs il-pjazza mżejna b'erba' anġli. Iżżanżnu wkoll il-kruċetta u l-bastun għall-istandard tal-banda. Fil-25 ta' Diċembru 1987, il-Banda ferrħet lid-Dinglin b' għanjiet tal-Milied.
F'din is-sena l-Banda ħarġet sett ta' marċi ġodda u l-ewwel tnax-il aljiev tas-Soċjeta ħarġu jdoqqu mal-banda. Fil-pjazza ġew imżanżna sett ta' sitt bandalori u kuruna f'nofs il-pjazza mżejna b'erba' anġli. Iżżanżnu wkoll il-kruċetta u l-bastun għall-istandard tal-banda. Fil-25 ta' Diċembru 1987, il-Banda ferrħet lid-Dinglin b' għanjiet tal-Milied.
Line 37: Line 37:
Fl-14 ta' Awwissu, wara quddiesa mmexxija mill-Mons. [[Carmelo Xuereb]], Vigarju Ġenerali, sar marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli. Wara saret inawgurazzjoni uffiċjali tal-Banda mill-Eċċellenza Tiegħu l-Aġent President ta' Malta, [[Pawlu Xuereb]]. Għall-istess okkażjoni ġie rrekordjat it-tieni cassette ta' marċi brijjuż.
Fl-14 ta' Awwissu, wara quddiesa mmexxija mill-Mons. [[Carmelo Xuereb]], Vigarju Ġenerali, sar marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli. Wara saret inawgurazzjoni uffiċjali tal-Banda mill-Eċċellenza Tiegħu l-Aġent President ta' Malta, [[Pawlu Xuereb]]. Għall-istess okkażjoni ġie rrekordjat it-tieni cassette ta' marċi brijjuż.


Fid-19 ta' Awwissu, il-Banda għamlet għall-ewwel darba 1-marċ tal-aħħar tat-tridu. Għall-okkażjoni talfesta ngħaqdu mal-banda l-ewwel bandisti tar-raħal li kienu Sylvana Abela, Marika Cascun, Dean Farrugia, Victor Farrugia, Alex Galea, Roderick Montebello u Antoinette Zammit. Bħas-sena ta' qabel l-aljievi wkoll ingħataw iċ-ċans li jdoqqu mal-banda. Dawn kienu Sandro Azzopardi, Alexia Abela, Donald Aquilina, Maurizio Tanti, Kevin u David Vella.
Fid-19 ta' Awwissu, il-Banda għamlet għall-ewwel darba 1-marċ tal-aħħar tat-tridu. Għall-okkażjoni talfesta ngħaqdu mal-banda l-ewwel bandisti tar-raħal li kienu '''Sylvana Abela''', '''Marika Cascun''', '''Dean Farrugia''', '''Victor Farrugia''', '''Alex Galea''', '''Roderick Montebello''' u '''Antoinette Zammit'''. Bħas-sena ta' qabel l-aljievi wkoll ingħataw iċ-ċans li jdoqqu mal-banda. Dawn kienu '''Sandro Azzopardi''', '''Alexia Abela''', '''Donald Aquilina''', '''Maurizio Tanti''', '''Kevin Vella''' u '''David Vella'''.


== Is-Sena 1989 ==
== Is-Sena 1989 ==
L-ewwel impenn tal-Banda f'din is-sena kien f' April, meta għall-ewwel darba akkumpanjat il-purċessjoni devota tad-Duluri. Impenn li wkoll għadu jsir sal-lum. 11-kunċert ta' Jum l-Omm reġa' ġie mtella', iżda din iddarba ġewwa 1-bitħa tal-każin. Fix-xhur ta' qabel il-festa ġie rrekord jat sett marċi ġodda fejn ħadu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali 'Regina Coeli' taħt id-direzzjoni tal-Kappillan, Dun Richard Borg. Fit-12 ta' Awwissu, fi-okkażjoni ta' ħruġ il-vara min niċċa, il-Banda laqgħet lill-istatwa titulari ta' Santa Marija fuq iż-żuntier tal-knisja parrokkjali b'innijiet Marjani u wara għamlet marċ fit-toroq ewlenin tar-raħal.  
L-ewwel impenn tal-Banda f'din is-sena kien f' April, meta għall-ewwel darba akkumpanjat il-purċessjoni devota tad-Duluri. Impenn li wkoll għadu jsir sal-lum. 11-kunċert ta' Jum l-Omm reġa' ġie mtella', iżda din iddarba ġewwa 1-bitħa tal-każin. Fix-xhur ta' qabel il-festa ġie rrekord jat sett marċi ġodda fejn ħadu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali '''Regina Coeli''' taħt id-direzzjoni tal-Kappillan, Dun Richard Borg. Fit-12 ta' Awwissu, fi-okkażjoni ta' ħruġ il-vara min niċċa, il-Banda laqgħet lill-istatwa titulari ta' Santa Marija fuq iż-żuntier tal-knisja parrokkjali b'innijiet Marjani u wara għamlet marċ fit-toroq ewlenin tar-raħal.  


L-għada l-Ħadd 13 t' Awwissu, ġew mistiedna t-tfal tar-raħal biex flimkien mal-Banda jakkumpanjaw l-istatwa żgħira ta' Santa Marija li s-Soċjeta kienet qed iżżanżan. Sar korteo mill-każin sal-knisja fejn il-Banda ħadet sehem waqt il-quddies bħala tifkira tat-twaqqif tal-Banda. FI-istess okkażjoni ġiet imbierka l-istess statwa.
L-għada l-Ħadd 13 t' Awwissu, ġew mistiedna t-tfal tar-raħal biex flimkien mal-Banda jakkumpanjaw l-istatwa żgħira ta' Santa Marija li s-Soċjeta kienet qed iżżanżan. Sar korteo mill-każin sal-knisja fejn il-Banda ħadet sehem waqt il-quddies bħala tifkira tat-twaqqif tal-Banda. FI-istess okkażjoni ġiet imbierka l-istess statwa.
Line 47: Line 47:


== Is-Sena 1990 ==
== Is-Sena 1990 ==
FI-Ewwel tas-Sena, il-Banda ħadet sehem flimkien mal-Kor Parrokjali waqt il-quddies tad-9.00am. Bejn il-25 u s-27 ta' Mejju, il-Qdusija Tiegħu il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]] li żar il-gżejjer Maltin, u l-Banda tagħna flimkien ma' erba' baned oħra, kellha x-xorti li tieħu sehem darbtejn f' din l-okkażjoni f'[[H' Attard]]. Is-Sibt 28 ta' Lulju, il-Banda laqgħet ħdejn l-iskola l-wasla tal-qniepen il-ġodda u akkompanjathom salknisja b'marċi brijużi. L-għada l-Ħadd 29 ta' Lulju, reġgħet offriet is-servizz tagħha waqt it-tberik tagħhom fuq iz-zuntier.
FI-Ewwel tas-Sena, il-Banda ħadet sehem flimkien mal-Kor Parrokjali waqt il-quddies tad-9.00am. Bejn il-25 u s-27 ta' Mejju, il-Qdusija Tiegħu il-Papa [[Ġwanni Pawlu II]] li żar il-gżejjer Maltin, u l-Banda tagħna flimkien ma' erba' baned oħra, kellha x-xorti li tieħu sehem darbtejn f' din l-okkażjoni f' [[Ħ'Attard]]. Is-Sibt 28 ta' Lulju, il-Banda laqgħet ħdejn l-iskola l-wasla tal-qniepen il-ġodda u akkompanjathom salknisja b'marċi brijużi. L-għada l-Ħadd 29 ta' Lulju, reġgħet offriet is-servizz tagħha waqt it-tberik tagħhom fuq iz-zuntier.


Il-Ħamis 16 ta' Awwissu, il-Banda għamlet marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli għall-okkażjoni tal-festa. Dan il-marċ dam isir sas-sena 1994.
Il-Ħamis 16 ta' Awwissu, il-Banda għamlet marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli għall-okkażjoni tal-festa. Dan il-marċ dam isir sas-sena 1994.
Line 69: Line 69:
Minkejja li kull bidu huwa diffiċli, il-kumitati ta' dawk iż-żminijiet flimkien mas-surmastnliet irnexxielhom jgħelbu l-isfidi u jibqgħu għaddejjin biex għall-grazzja t' Alla,  illum wara aktar minn 38 sena iħarsu lura b'sodisfazzjon u il-quddiem bil-aktar ħidma bir-risq is-Soċjeta maħbuba tagħhom.
Minkejja li kull bidu huwa diffiċli, il-kumitati ta' dawk iż-żminijiet flimkien mas-surmastnliet irnexxielhom jgħelbu l-isfidi u jibqgħu għaddejjin biex għall-grazzja t' Alla,  illum wara aktar minn 38 sena iħarsu lura b'sodisfazzjon u il-quddiem bil-aktar ħidma bir-risq is-Soċjeta maħbuba tagħhom.


'''L-ewwel żminijiet tal-Banda 1985-1997 - Tagħrif miġbur minn Paul u Susan Azzopardi''' (Tagħrif miġbur mill-arkivji tas-Soċjeta)
* '''L-ewwel żminijiet tal-Banda 1985-1997 - Tagħrif miġbur minn Paul u Susan Azzopardi'''
* '''(Tagħrif miġbur mill-arkivji tas-Soċjeta)'''


[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]

Latest revision as of 13:14, 31 May 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli)

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli) A.D. 1985

Jitwieled iċ-Circolo Dingli

Kien fl-1920 meta, wara li bosta Dinglin urew ix-xewqa li titwaqqaf għaqda li tkun tista' tfassal xi ħidma soċjali fir-raħal, twieled iċ-Circolo Dingli. Kienu 31 membru li fl-ewwel laqgħa ġenerali, li kienet saret fit-3 t' April 1920, ħatru l-ewwel kumitat immexxi mill-President l-Avukat Francis Wirth. Approvaw ir-regolamenti u għażlu bħala motto tagħhom Amare Corde jiġifieri Imħabba tal-Qalb. Kienu żmienijiet importanti billi kienu il-bidu tal-formazzjoni tal-każin.

Fil-laqgħa tat-8 ta' Jannar 1928, issawret orkestra li kien fiha 20 mużiċist u ġiet fdata f'idejn is-Surmast Alfred Borg. Din l-orkestra bdiet tagħti bosta servizzi f'Ħad-Dingli, fosthom fil-festa ta' Santa Marija. Fil-bidu tas-snin tletin l-orkestra kellha tieqaf minħabba problemi finanzjarji. Wara t-Tieni Gwerra l-każin reġa' qabad it-triq tal-progress u l-orkestra reġgħet twaqqfet, iżda ftit wara, qam l-inkwiet u għat-tieni darba l-orkestra sfaxxat. Il-każin baqa' xorta għaddej f'ħidmietu.

50 sena mit-twaqqif taċ-Circolo Dingli

Fl-1970 il-każin iċċelebra għeluq il-50 sena mit-twaqqif tiegħu. Ir-raħal kien beda jikber u jinxtered għax tela' fiħ bosta bini u żdiedu familji ġodda. Bosta żgħażagħ bdew juru x-xewqa li jkollhom il-banda tagħhom. Saru diversi tentattivi - fosthom waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja li kienet saret fis-17 ta'Lulju 1983, meta kienu attendew 57 membru iżda sfortunatament ma sar l-ebda ftehim minħabba li qamet konfużjoni u l-laqgħa ntemmet ħesrem. Fil-Laqgħa Ġeneral Annwali numru 17 li saret nħar is-27 ta' Jannar 1985, fost affarijiet oħra fuq l-aġenda kien hemm il-qari tal-minuti, il-qari tar-rapport finanzjarju, diskors mill-President, ħatra tal-kumitat u emendi għall-istatut tas-Soċjeta. Il-laqgħa fetħet bilħatra tas-Sur Joseph Farrugia bħala Chairperson.

Wara li nqraw il-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali, u r-rapport Amministrattiv u Finanzjarju, inħatar il-Kumitat il-ġdid li kellu bħala President is-Sur Frans Aquilina, Sergretarju s-Sur Ġann Patist Camilleri u Kaxxier is-Sur Anthony Scicluna. Bħala membri kienu nħatru 8: is-Sinjuri Joseph Muscat, Angelo Azzopardi, John Mary Abela, Tony Azzopardi, Joe Micallef u Kristinu Zahra; is-Sinjuri Carmelo Sant u Louis Muscat ġew maħtura awdituri.

Kien wara dan kollu li bdiet tiġi diskussa l-ewwel emenda għall-istatut, emenda li kienet titlob biex il-każin jibdel ismu għal Każin Santa Maria Dingli flok Dingli Club, il-każin jagħraf lil Santa Marija bħala Patruna u li l-għanijiet tas-Soċjeta ikunu t-tagħlim tal-mużika, tagħlim kulturali u t-tmexxija tkun mogħtija għal kollox lill-kumitat tal-kazin. Din il-mozzjoni kienet ipproponuta mis-Sur Ġann Patist Camilleri u ssekondata mis-Sur Tony Azzopardi. Għal din il-laqgħa attendew 26 membru u saret votazzjoni sigrieta bi 15 favur, 9 kontra u 2 ma kinux preżenti għall-votazzjoni.

Ħidma biex titwaqqaf Banda

Il-kumitat beda mill-ewwel bil-ħidma tiegħu biex titwaqqaf il-banda. Ġie avviċinat Mro. Alphonse Maria Vella biex jifforma l-banda u jibda t-tagħlim tal-mużika lit-tfal u żgħażagħ Dinglin. Mro. Vella ta’ l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-kumitat billi offra s-servizz tiegħu b'xejn għal sena, kemm dam bħala Surmast Direttur. Fil-5 t' Awissu 1985 ġie rrekordjat l-ewwel sett ta' marċi brijużi, fosthom "Innu Marċ" fuq versi tad-drammaturgu Francis Ebejer, iben Ħad-Dingli, u bil-mużika tas-Surmast Alphonse Maria Vella.

Is-Sena 1986

Fis-16 ta' Frar 1986, il-banda daqqet għall-ewwel darba għall-programm televiżiv "Bonġu Malta" li kien trasmess minn Ħad-Dingli u ntwera fuq l-istazzjon nazzjonali. Grazzi għas-Sur Joseph Muscat, filmati ta' 44 din l-okkazjoni jinsabu miżmuma ft-arkivji tal-każin. Ta' min jgħid li peress li l-Banda kienet għadha fil-bidu tagħha kienet ġiet mgħejuna mill-Banda tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam tar-Rabat. F'dik is-sena t-tmexxi tal-banda għaddiet f'idejn it-tieni surmast tagħha Mro. Tony Galea. Kien hemm 25 aljiev jitgħallmu l-mużika. Nħar il-Ġimgħa 21 ta' Frar, 1986, saret laqgħa għall-ġenituri tal-aljievi, li matulha nħatru ħames ommijiet biex iffurmaw l-ewwel Sotto Kumitat tan-Nisa: is-sinjuri Pauline Attard, Connie Farrugia, Ċensina Azzopardi, Rose Farrugia u Lucy Galea. Il-kumitat kien iddeċieda li l-banda tieħu sehem għall-ewwel darba fil-festa tar-raħal.

Għalhekk bdew il preparamenti meħtieġa, fosthom ingħatat dehra isbaħ lill-każin, ġiet ordnata bandiera ġdida, standard ġdid, inxtrat katuba, drums u platti. Peress illi kien għad m'hemmx arma tal-każin, ġie mqabbad is-Sur Patrick Galea tal-Imdina biex jiddisinja l-arma fuq parir ta' Chev. Ġuże' Galea, studjuż tal-istorja. Fl-10 t'Awwissu, l-Għaqda Mużikali Santa Marija bdiet ittajjar il-bandiera tagħha. Għal din l-okkażjoni saret quddiesa fil-każin mir-Rev. Kappillan Dun Richard Borg fejn ġew imbierka l-istrumenti l-ġodda u l-istandard il-ġdid meħjut mis-Sinjura Mary Sammut.

Waslet għalhekk il-wisq mistennija Festa tar-Raħal u nħar il-Ħadd 17 t' Awwissu 1986, għall-ewwel darba ħadet sehem il-banda tar-raħal. Il-Banda akkumpanjat l-istatwa minn ħdejn il-każin sad-dħul tal-purċissjoni fil-knisja parrokkjali. Wara għamlet il-marċ tal-aħħar li għadu jsir sal-lum.

Is-sena 1987

Il-Kumitat il-ġdid beda bil-ħidma tiegħu u waħda mill-ewwel inizjattivi tiegħu kienet li jibda jinħareġ fuljett kull xahrejn biex jagħti informazzjoni dwar l-andament tas-Soċjeta lill-poplu ta' Ħad-Dingli. L-ISTANDARD kien l-isem ta' dan il-fuljett u kien jinkludi wkoll artikli ta' interess ġenerali. Il-ħarġa ta' Lulju/Awwissu kienet tkun ħarġa speċjali fi-okkażjoni tal-festa. L-ISTANDARD baqa joħroġ regolari sal-festa 1990, imbagħad sal-1994 ħareġ biss darba fis-sena fi żmien il-festa.

F'din is-sena l-Banda ħarġet sett ta' marċi ġodda u l-ewwel tnax-il aljiev tas-Soċjeta ħarġu jdoqqu mal-banda. Fil-pjazza ġew imżanżna sett ta' sitt bandalori u kuruna f'nofs il-pjazza mżejna b'erba' anġli. Iżżanżnu wkoll il-kruċetta u l-bastun għall-istandard tal-banda. Fil-25 ta' Diċembru 1987, il-Banda ferrħet lid-Dinglin b' għanjiet tal-Milied.

Is-sena 1988

F'Jannar ġie maħtur Mro. Lawrence Bonnici bħala Assistent Surmast u għalliem tas-sezzjoni ram. FI-okkażjoni ta' Jum l-Omm nħar it-13 ta' Mejju, sar kunċert mill-aljievi fis-sala tal-każin. F' Ġunju ta' din is-sena għall-ewwel darba l-Banda akkumpanjat il-purċissjoni ta' Corpus Christi. Din il purċissjoni għadha tagħmel parti mill-kalendarju tas-Soċjeta sal-lum. Fuq deċiżjoni tal-Kumitat, fit-13 ta' Lulju inxtrat biċċa art li tmiss mal-bini tal-każin biex isservi bħala bitha. Din id-deċizjoni għaqlija sarrfet biex illum il-każin għandu maħżen u żewġt iswali imdaqqsa.

Fl-14 ta' Awwissu, wara quddiesa mmexxija mill-Mons. Carmelo Xuereb, Vigarju Ġenerali, sar marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli. Wara saret inawgurazzjoni uffiċjali tal-Banda mill-Eċċellenza Tiegħu l-Aġent President ta' Malta, Pawlu Xuereb. Għall-istess okkażjoni ġie rrekordjat it-tieni cassette ta' marċi brijjuż.

Fid-19 ta' Awwissu, il-Banda għamlet għall-ewwel darba 1-marċ tal-aħħar tat-tridu. Għall-okkażjoni talfesta ngħaqdu mal-banda l-ewwel bandisti tar-raħal li kienu Sylvana Abela, Marika Cascun, Dean Farrugia, Victor Farrugia, Alex Galea, Roderick Montebello u Antoinette Zammit. Bħas-sena ta' qabel l-aljievi wkoll ingħataw iċ-ċans li jdoqqu mal-banda. Dawn kienu Sandro Azzopardi, Alexia Abela, Donald Aquilina, Maurizio Tanti, Kevin Vella u David Vella.

Is-Sena 1989

L-ewwel impenn tal-Banda f'din is-sena kien f' April, meta għall-ewwel darba akkumpanjat il-purċessjoni devota tad-Duluri. Impenn li wkoll għadu jsir sal-lum. 11-kunċert ta' Jum l-Omm reġa' ġie mtella', iżda din iddarba ġewwa 1-bitħa tal-każin. Fix-xhur ta' qabel il-festa ġie rrekord jat sett marċi ġodda fejn ħadu sehem ukoll il-Kor Parrokkjali Regina Coeli taħt id-direzzjoni tal-Kappillan, Dun Richard Borg. Fit-12 ta' Awwissu, fi-okkażjoni ta' ħruġ il-vara min niċċa, il-Banda laqgħet lill-istatwa titulari ta' Santa Marija fuq iż-żuntier tal-knisja parrokkjali b'innijiet Marjani u wara għamlet marċ fit-toroq ewlenin tar-raħal.

L-għada l-Ħadd 13 t' Awwissu, ġew mistiedna t-tfal tar-raħal biex flimkien mal-Banda jakkumpanjaw l-istatwa żgħira ta' Santa Marija li s-Soċjeta kienet qed iżżanżan. Sar korteo mill-każin sal-knisja fejn il-Banda ħadet sehem waqt il-quddies bħala tifkira tat-twaqqif tal-Banda. FI-istess okkażjoni ġiet imbierka l-istess statwa.

Fl-24 ta' Diċembru, il-Banda akkompanjat il-purċissjoni tal-Bambin, mtellgħa mis-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. Subien fit-toroq ta' Ħad-Dingli. Dan is-servizz għadu jingħata sa llum.

Is-Sena 1990

FI-Ewwel tas-Sena, il-Banda ħadet sehem flimkien mal-Kor Parrokjali waqt il-quddies tad-9.00am. Bejn il-25 u s-27 ta' Mejju, il-Qdusija Tiegħu il-Papa Ġwanni Pawlu II li żar il-gżejjer Maltin, u l-Banda tagħna flimkien ma' erba' baned oħra, kellha x-xorti li tieħu sehem darbtejn f' din l-okkażjoni f' Ħ'Attard. Is-Sibt 28 ta' Lulju, il-Banda laqgħet ħdejn l-iskola l-wasla tal-qniepen il-ġodda u akkompanjathom salknisja b'marċi brijużi. L-għada l-Ħadd 29 ta' Lulju, reġgħet offriet is-servizz tagħha waqt it-tberik tagħhom fuq iz-zuntier.

Il-Ħamis 16 ta' Awwissu, il-Banda għamlet marċ fit-toroq ewlenin ta' Ħad-Dingli għall-okkażjoni tal-festa. Dan il-marċ dam isir sas-sena 1994.

Is-Sena 1992

ll-Kumitat tal-1992 kien reġa' avviċina lil Francis Ebejer biex għal darb' oħra jerġa' jikteb versi ġodda, fejn l-istess Ebejer kien għażel li jikteb żewġ verżjonijiet differenti. Kien fl-14 ta' April, meta Francis Ebejer iffinalizza l-versi tal-Innu l-ġdid 'L-Innu tal-Banda Santa Marija ta' Ħad-Dingli'. Din id-darba l-mużika ġiet miktuba minn Mro. Angelo Pace L.Mus LCM, fil-15 ta' Mejju tal-1992. Dan l-innu għadu dak uffiċjali tal-Banda Santa Marija.

F'din is-sena, għall-okkażjoni tal-festa iżżanżan il-planċier. li-Banda tat l-ewwel Programm Vokali u Strumentali lejlet il-Festa fuq il-plancier tagħha. Dan il-Programm kien u għadu jiġi ffinanzjat mill-Għaqda tagħna.

Is-Sena 1994

Fit-30 ta' Jannar, il-Banda ħadet sehem fil-programm televiziv "Ħadd mal-Maltin" li kien sar minn Mad-Dingli u ntwera fuq l-istazzjon nazzjonali.

Is-Sena 1996

li-festa tal-1996 kienet l-aħħar waħda taħt it-tmexxija tas-Surmast Tony Galea. F'din l-istess sena, l-għalliem tat-teorija s-Sur Mario Frendo temm ħidmietu wara aktar minn ħames snin.

Is-Sena 1997 u snin oħrajn

F'Marzu tal-1997, it-tmexxija tal-Banda għaddiet f'idejn is-Surmast Lawrence Bonnici. FI-istess sena, Mro. Richard Bugeja inħatar Assistent Surmast (u aktar tard beda jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur tal-Banda waqt li kien wkoll għalliem tal-istrumenti tal-qasba; filwaqt li Mro. William Debattista inħatar għalliem tat-teorija fejn wara diversi snin kien wkoll l-Assistent Surmast tal-Banda fis-sena 2020 kien maħtur Surmast Direttur tal-Banda Għaqda Mużikali Santa Marija (Dingli).

Kif wieħed jista' jara minn dan it-tagħrif, l-ewwel żminijiet tal-Banda kienu ferm importanti biex il-kumitati li ġew wara setgħu jkollhom fuq x'hiex jaħdmu u jibnu.

Minkejja li kull bidu huwa diffiċli, il-kumitati ta' dawk iż-żminijiet flimkien mas-surmastnliet irnexxielhom jgħelbu l-isfidi u jibqgħu għaddejjin biex għall-grazzja t' Alla, illum wara aktar minn 38 sena iħarsu lura b'sodisfazzjon u il-quddiem bil-aktar ħidma bir-risq is-Soċjeta maħbuba tagħhom.

  • L-ewwel żminijiet tal-Banda 1985-1997 - Tagħrif miġbur minn Paul u Susan Azzopardi
  • (Tagħrif miġbur mill-arkivji tas-Soċjeta)

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Alphonse Maria Vella 1985 1988
02 Tony Galea 1988 1997
03 Lawrence Bonnici 1997 1998
04 Richard Bugeja 1998 2020
05 William Debattista 2020

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Francis Aquilina 1985 1986
02 Peter Paul Abela 1986 1996
03 Francis Aquilina 1996 1999
04 Kristinu Zahra 1999

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Karl Rueth 2015 2021
02 Owen Zammit 2021

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Joe Zahra 1998

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Fl-Okkażżjoni tat-Twaqqif tal-Banda Santa Marija - 14 ta' Awwissu, 1988 (Vol.No.1) - Mill-Għaqda Mużikali Santa Marija Dingli (1988) 1988 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Santa Marija Dingli (1998) (Vol.3) 1998 *

Cd's

No Name of Cd's - Hymns Year Marches Funeral Marches Waltzes Hymns Others
01 Hymns - Ġabra ta' Innijiet - Ward lil Marija Bil-Melodija - Innijiet u Marċi Brijużi - Mill-Għaqda Mużikali Santa Marija, Dingli (2005) 2005 * *
02 Hymns - Festive Marches - Innijiet - Marċi Brijużi - Santa Marija l-Għaxqa ta' Qlubna - Mill Għaqda Mużikali Santa Marija Dingli - 25 Sena ta' Arti u Mużika 1985 - 2010 2010 * *
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Hymns Others
01 Funeral Marches - Funeral Marches - Mill-Għaqda Mużikali Santa Marija Dingli (2002) 2002 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Hymns Others
01 Musical Program - Programm Mużikali - Teatru Manuel Valletta 23 ta' Novembru, 2004 - Għaqda Mużikali Santa Marija Dingli (2005) 2005 *

Programmes and Publications

Memorials

External links