Difference between revisions of "Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(11 intermediate revisions by the same user not shown)
Line 2: Line 2:


== History ==
== History ==
[[File:Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen.jpg|300px|thumb|right|Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957]]
[[File:logo San Pietru fil-Ktajjen.png|300px|thumb|right|Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957]]
Is-sena 2017 timmarka s-sittin sena minn meta ġiet imwaqqfa l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen. Kien fl-1954 meta diversi żgħażagħ imħeġġin minn Mro. [[Oscar Borg]], li kien għalliem tal-mużika u organista fil-knisja parrokkjali, ħarġu bl-idea li jwaqqfu banda u skola tal-mużika f’[[Birżebbuġa]] bil-għan li tagħti s-sehem tagħha fil-festa titulari. Però kellhom jagħddu ftit tas-snin sakemm l-idea ta’ dawn iż-żgħażagħ sabet l-appoġġ ta’ diversi żgħażagħ oħra li kienu jkunu fil-każin tas-[[St. Peter’s Sports Club]].  Fl-1957 kien ġie deċiż li l-banda titwaqqaf u tiġi amalgamata mas-''St Peter’s Sports Club'' li kien ilu mwaqqaf għal diversi snin.
 
L-ewwel membri semmew din il-Banda għall-patrun tar-raħal, u għalhekk għażlu l-isem ''St. Peter’s Philarmonic Band''.  Il-Banda San Pietru għamlet l-ewwel dehra pubblika tagħha nħar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu tal-1957, meta dakinħar għamlet marċ tul diversi toroq u wara programm mużikali quddiem il-każin fil-Bajja s-Sabiħa taħt id-direżżjoni ta’ l-ewwel surmast tagħha il-Professur [[Carlo Zammit]], fejn kienet ġiet imbierka mill-Kappillan Dun [[Ġużepp Minuti]]. Il-Banda San Pietru pparteċipat għall-ewwel darba fil-festa titulari nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu tal-1958. F’dik is-sena l-Banda pproduċiet l-ewwel frott tagħha lir-raħal, li kienu tmien bandisti ġodda żgħażagħ ilkoll minn Birżebbuġa.
 
Tul is-snin din is-Soċjetà għaddiet minn diversi ġrajjiet li jibqgħu mfakkra fl-istorja tagħha. Fl-1959 Birżebbuġa kollha kienet ħerqana tistenna l-miġja tal-vara titulari l-ġdida, xogħol l-iskultur [[Ferdinand Stuflesser]]. Il-wasla ta’ din il-vara qanqlet entużjażmu kbir u għalhekk kif kien xieraq il-Banda San Pietru tat is-sehem tagħha. Għalhekk nħar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, il-Banda San Pietru laqgħet il-vara titulari bid-daqq ta’ l-innu Pontifiċju hekk kif din ħarġet mill-knisja tas-Sagra Familja fejn wara akkumpanjatha sad-dħul tagħha għall-ewwel darba fil-knisja parrokkjali. Imbagħad nhar il-festa titulari, nhar il-Ħadd 2 ta’ Awwissu hekk kif bdiet ħierġa l-purċissjoni, u l-poplu li dakinhar ħonoq kull rokna taz-zuntier infexx f’ċapċip kbir hekk kif ra dan il-ġojjel fil-bieb tal-knisja għall-ewwel darba. Il-Banda San Pietru hemm kienet, u hekk kif il-poplu miġbur ikkwieta ftit mill-entużjażmu kbir li kellu, l-istess Banda taħt id-direzzjoni tal-Profssur Carlo Zammit, esegwiet l-Innu ''Omaggio a San Pietro'' minn fuq il-planċier li kien armat fuq iż-żuntier tal-knisja, innu ferm sabiħ li kien ġie miktub mis-surmast Zammit stess propju għal din l-okkażjoni. 
Fl-1960 il-membri ħadu ħsieb sabiex jagħmlu standart tas-Soċjetà irrakmat bil-ħajt tad-deheb, li nħadem mir-rakmitsa [[Elena Pizzuto]].  Għall-inawgurazjoni ta’ dan l-istandart, nħar is-Sibt 6 t’Awwissu tal-1960 saru festi kbar, fejn fost l-oħrajn kien ġie mistieden l-Isqof [[Emmanuele Galea]] sabiex ibierku. F’din is-sena ukoll Mro. Emmanuele Galea kiteb l-ewwel innu tas-Soċjeta’.
 
Fl-1974 il-vara titulari ġiet irrestawrata u l-parroċċa kollha kienet qed tiprepara sabiex ir-ritorn tagħha f’Birżebbuġa jkun wieħed speċjali li jibqa’ msemmi tul is-snin.  Għalhekk nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju tal-1974 il-vara titulari bdiet vjaġġ fuq il-baħar mill-Bajja ta’ [[Marsaxlokk]] sal-Bajja s-Sabiħa fuq lanċa tas-sajd.  Hekk kif il-vara tniżlet minn fuq il-lanċa, l-Banda San Pietru laqgħetha bid-daqq ta’ l-innu popolari u wara akkumpanjata lejn il-knisja parrokkjali b’daqq ta’ marċi brijjużi.  Kien minn din il-ġrajja li fl-1979 nibtet l-idea li tibda tiġi organizzata dimostrazzjoni fuq il-baħar bl-istatwa ta’ San Pietru fl-aħħar jum tat-tridu bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pietru.
 
Fl-1976 is-Soċjetà bdiet topera minn dar kbira f’nofs il-misraħ prinċipali tar-raħal li fl-antik kienet ir-residenza tal-familja Cachia Randon. Il-moħħ wara dan il-pass kien is-Sur [[Martin Zammit]] li f’dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ segretarju. Il-benefattur prinċipali li għamel tajjeb għall-ispejjeż ma kien ħadd ħlief is-Sur [[Pawlu Camilleri]]. Dan il-każin ġie inawgurat nħar is-Sibt 24 ta’ Lulju tal-1976, fejn dakinħar il-Banda San Pietru tellgħet programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Maestro [[Carmelo Galea]]. Maż-żmien saru diversi xogħolijiet sabiex illum dan il-każin hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ f’Malta. Fost dan ix-xogħol ta’ min isemmi r-rikostruzzjoni tas-sular t’isfel u l-bini tas-sular ta’ fuq fil-bidu tas-snin 80, il-bini ta’ sala tal-mużika msemmija għal Mro. Emmanuele Galea flimkien ma’ maħżen għall-armar fil-bidu tas-snin 90, u l-bini mill-ġdid tal-faċċata fl-aħħar tas-snin 90. Fil-bidu tas-snin elfejn, dan il-każin kompla jiġi msebbaħ bir-rinovar tat-taraġ prinċipali fejn fost l-oħrajn inbniet il-famuża koppla fuq il-bejt. Ix-xogħol ferm sabiħ tal-iskultura li nsibu f’dan il-każin inħadem kollu mill-iskultur [[Michael Farrugia]], President onorarju tas-Soċjetà li flimkien ma’ diversi membri oħra ħadmu b’mod volontarju sabiex din l-opra f’nofs il-misraħ tar-raħal tinbena. Fost ix-xogħol artistiku li nsibu, wieħed ma jistax ma jammirax il-kapitelli,.... il-ventelaturi...... u l-famuża ċinta tal-bejt li d-dettalji tagħha huma mpresjonanti għall-aħħar.
 
Fil-festa tal-1979 kien sar għall-ewwel darba il-marċ ta’ filgħodu nhar il-festa titulari, kif ukoll l-ewwel publikazzjoni anwali bl-isem ta’ ''Leħen il-Banda'', li għadu jiġi ppublikat ta’ kull sena fl-okkażjoni tal-festa titulari. Fl-1981 Maestro [[Frank Galea]] ikompna l-innu marċ ''Għanja f’Jum San Pietru'', innu ferm popolari fost il-Birżebbuġin. Nħar it-Tlieta 28 ta’ Lulju tal-1987 il-Banda San Pietru tellgħet akkademja mużikali fil-knisja parrokkjali taħt id-direzzjoni tal-Maestro Frank Galea fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà.  Dakinħar indaqq għall-ewwel darba l-innu l-kbir, ''San Pietru: Kantata''  innu li kien inkiteb u ġie regalat lis-Soċjetà minn Maestro Frank Galea fil-1981, innu tabilħaqq kolossali.
 
Nħar is-Sibt 23 ta’ Novembru 1991, il-Banda San Pietru ġiet mistiedna mill-[[Għaqda Każini tal-Baned]] sabiex iddoqq ġewwa t-teatru Manuel fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja. Dakinħar il-Banda San Pietru, li kienet diretta minn Meastro Frank Galea bil-parteċipazjoni tal-mezzo sopran [[Lucienne Cassar]], membru tas-Soċjetà, ippreżentat kunċert ta’ livell għoli b’esekkuzjonijiet kemm vokali kif ukoll strumentali. Dan il-programm kien taħt il-patroċinju distint tal-Eċċellenza Tiegħu t-Tabib [[Ċensu Tabone]], President ta’ Malta.
Tul is-sena 2007 is-Soċjetà kienet qed tfakkar għeluq il-ġublew tad-deheb minn meta twaqqfet. Għalhekk nħar is-Sibt 24 ta’ Frar il-Banda San Pietru għat-tieni darba fl-istorja tagħha tellgħet akkademja vokali u strumentali ġewwa l-knisja parrokkjali taħt il-patronċinju distint tal-President ta’ Malta Dr. [[Edward Fenech Adami]]. Dakinħar il-Banda San Pietru taħt id-direzzjoni tas-surmast [[Chev. Vincent Bonnici]] daqqet diversi bċejjeċ mużikali fosthom l-Innu “Omaggio a San Pietro” tal-Profs. Carlo Zammit u għat-tieni darba l-innu l-kbir “San Pietru: Kantata” ta’ Maestro Frank Galea. Nħar il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu ġiet inawgurata statwa ġdida ta’ San Pietru li tintuża għall-marċ, xogħol l-istatwarju Għawdxi l-Kavalier [[Micheal Camilleri Cauchi]].
Tul dawn is-sittin sena il-Banda San Pietru kienet immexxija minn ħames surmastrijiet, li kienu l-Professur Carlo Zammit, Maestro Emmanuele Galea, Maestro Carmelo Galea, Maestro Frank Galea, u s-surmast preżenti il-kavallier Vincent Bonniċi. F’din is-Soċjetà tħarġu diversi mużiċisti li wħud minnhom għamlu isem fil-qasam mużikali fosthom is-Sur [[Salvu Fenech]] li għadu sal-lum iservi fil-kariga ta’ assistent surmast u li din is-sena jagħlaq 55 sena minn meta ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-Banda San Pietru.
 
Mill-att amministrattiv din is-Soċjetà kienet immexija minn disa’ presidenti li kienu s-sinjuri [[Eddie Paris]], Emmanuele Galea, il-Kaptan [[Joseph Caruana]], [[Carmelo Polidano]], Salvu Fenech, [[Alexander Caruana]], [[Tarcisio Caruana]], [[Joseph Zahra]] u l-president preżenti, ż-żagħżugħ [[Anthero Agius]] li ħa l-kariga fit-2 ta’ April ta’ din is-sena, 2017.
Illum il-ġurnata din is-Soċjetà hi ħajja u attiva s-sena kollha b’kalendarju mimli ta’ attivitajiet li jitgħellu mill-membri attivi tagħha. Fil-preżent l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen tħaddan fiha nukleu ta’ membri żagħżagħ b’talenti diversi li llkoll jaħdmu f’ambjent ta’ familja sabiex b’kolletività jtgħellaw festa mill-isbaħ u jogħllu l-isem ta’ Birżebbuġa bit-talenti tagħhom. Mingħajr dubju ta’ xejn din l-atmosfera sabiħa tgħamel il-każin tal-Banda San Pietru d-dar naturali tal-Birżebbuġin.
 
Is-snin għaddew u nbidlu ż-żminijiet. Diversi personalitajiet taw sehmhom fit-tmexxija u ħallew il-marki tagħhom u isimhom minqux fl-istorja tagħha. Oħrajn għadhom qed jagħtu sehemhom bil-għan li jkattru dak li ħadmu għalih missirijietna, u jrawmu mexxejja ġodda għall-futur.  Is-Soċjeta’ hi ħajja, tifkira sabiħa ta’ missirijietna li issa tinsab f’idejna, bl-obligu tagħna li mmexxuha ’l quddiem sabiex uliedna wkoll ikollhom l-opportunità li jgawdu l-isbuħija mmortali li taf tofri l-arti mużikali Maltija.


== Organisation ==
== Organisation ==
Line 51: Line 74:


=== Secretaries ===
=== Secretaries ===
{| class="wikitable sortable" name="1st"
|-
! No !! Secretaries !! From !! Until
|-
| 01||[[Anthony C. Naizer]]||1957||1964
|-
| 02||[[Joseph Petroni]]||1964||1965
|-
| 03||[[Carmelo Galea]]||1965||1968
|-
| 04||[[Martin Zammit]]||1971||1996
|-
| 05||[[Alexander Caruana]]||1996||1997
|-
| 06||[[Keith Zammit]]||1997||1999
|-
| 07||[[Mario Dalli]]||1999||2007
|-
| 08||[[Martin Camilleri]]||2007||2015
|-
| 09||[[Ivan Zammit]]||2015||
|-
|}


=== Treasurers ===
=== Treasurers ===
{| class="wikitable sortable" name="1st"
|-
! No !! Treasurers !! From !! Until
|-
| 01||[[Emmanuel Debattista]]||1957||1964
|-
| 02||[[Anthony Gauci]]||1964||1965 *
|-
| 03||[[Emmanuel Galea]]||1967||1973 **
|-
| 04||[[Salvu Fenech]]||1973||1985
|-
| 05||[[Joseph Debattista]] ||1985||1986
|-
| 06||[[John Cilia]]||1986||1987
|-
| 07||[[Anthony Camilleri]]||1987||1989
|-
| 08||[[Michael Grech]]||1989||1991
|-
| 09||[[Charles Tanti]]||1991||1996
|-
| 10||[[Joseph Spiteri]]||1996||1997
|-
| 11||[[Ludwig N. Desira]]||1997||2000
|-
| 12||[[Carmelo Attard]]||2000||2002
|-
| 13||[[David Grixti]]||2002||2007
|-
| 14||[[Anthero Aġius]]||2007||2017
|-
| 15||[[Kieth Cauchi]]||2017||
|-
|}
* Between 1965 and 1967 the finances were under the care of the President Emmanuel Galea.
** Between 1968 and 1971 Emmanuel Galea was attorney of the property Society


==Band Commissions==
==Band Commissions==
Line 68: Line 152:


== Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs) ==
== Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs) ==
==Cassettes==
{| class="wikitable sortable" name="Name of Cd's"
|-
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''No'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Name of Cd's - Festive'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Year'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Marches'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Funeral Marches'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Waltzes'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
|-
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.1) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||1988||*||||||
|-
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.2) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||1991||*||||||
|-
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.3) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||1993||*||||||
|-
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.4) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||1995||*||||||
|-
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.5) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||1997||*||||||
|-
|}
==Cd's==
{| class="wikitable sortable" name="Name of Cd's"
|-
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''No'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Name of Cd's - Festive'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Year'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Marches'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Funeral Marches'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Waltzes'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
|-
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (2000-2001) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||2000-2001||*||||||
|-
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (2003) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||2003||*||||||
|-
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (2005-2006) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]]||2005-2006||*||||||
|-
|}


== Programmes and Publications ==
== Programmes and Publications ==

Revision as of 15:58, 5 August 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957

Is-sena 2017 timmarka s-sittin sena minn meta ġiet imwaqqfa l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen. Kien fl-1954 meta diversi żgħażagħ imħeġġin minn Mro. Oscar Borg, li kien għalliem tal-mużika u organista fil-knisja parrokkjali, ħarġu bl-idea li jwaqqfu banda u skola tal-mużika f’Birżebbuġa bil-għan li tagħti s-sehem tagħha fil-festa titulari. Però kellhom jagħddu ftit tas-snin sakemm l-idea ta’ dawn iż-żgħażagħ sabet l-appoġġ ta’ diversi żgħażagħ oħra li kienu jkunu fil-każin tas-St. Peter’s Sports Club. Fl-1957 kien ġie deċiż li l-banda titwaqqaf u tiġi amalgamata mas-St Peter’s Sports Club li kien ilu mwaqqaf għal diversi snin.

L-ewwel membri semmew din il-Banda għall-patrun tar-raħal, u għalhekk għażlu l-isem St. Peter’s Philarmonic Band. Il-Banda San Pietru għamlet l-ewwel dehra pubblika tagħha nħar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu tal-1957, meta dakinħar għamlet marċ tul diversi toroq u wara programm mużikali quddiem il-każin fil-Bajja s-Sabiħa taħt id-direżżjoni ta’ l-ewwel surmast tagħha il-Professur Carlo Zammit, fejn kienet ġiet imbierka mill-Kappillan Dun Ġużepp Minuti. Il-Banda San Pietru pparteċipat għall-ewwel darba fil-festa titulari nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu tal-1958. F’dik is-sena l-Banda pproduċiet l-ewwel frott tagħha lir-raħal, li kienu tmien bandisti ġodda żgħażagħ ilkoll minn Birżebbuġa.

Tul is-snin din is-Soċjetà għaddiet minn diversi ġrajjiet li jibqgħu mfakkra fl-istorja tagħha. Fl-1959 Birżebbuġa kollha kienet ħerqana tistenna l-miġja tal-vara titulari l-ġdida, xogħol l-iskultur Ferdinand Stuflesser. Il-wasla ta’ din il-vara qanqlet entużjażmu kbir u għalhekk kif kien xieraq il-Banda San Pietru tat is-sehem tagħha. Għalhekk nħar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, il-Banda San Pietru laqgħet il-vara titulari bid-daqq ta’ l-innu Pontifiċju hekk kif din ħarġet mill-knisja tas-Sagra Familja fejn wara akkumpanjatha sad-dħul tagħha għall-ewwel darba fil-knisja parrokkjali. Imbagħad nhar il-festa titulari, nhar il-Ħadd 2 ta’ Awwissu hekk kif bdiet ħierġa l-purċissjoni, u l-poplu li dakinhar ħonoq kull rokna taz-zuntier infexx f’ċapċip kbir hekk kif ra dan il-ġojjel fil-bieb tal-knisja għall-ewwel darba. Il-Banda San Pietru hemm kienet, u hekk kif il-poplu miġbur ikkwieta ftit mill-entużjażmu kbir li kellu, l-istess Banda taħt id-direzzjoni tal-Profssur Carlo Zammit, esegwiet l-Innu Omaggio a San Pietro minn fuq il-planċier li kien armat fuq iż-żuntier tal-knisja, innu ferm sabiħ li kien ġie miktub mis-surmast Zammit stess propju għal din l-okkażjoni.

Fl-1960 il-membri ħadu ħsieb sabiex jagħmlu standart tas-Soċjetà irrakmat bil-ħajt tad-deheb, li nħadem mir-rakmitsa Elena Pizzuto. Għall-inawgurazjoni ta’ dan l-istandart, nħar is-Sibt 6 t’Awwissu tal-1960 saru festi kbar, fejn fost l-oħrajn kien ġie mistieden l-Isqof Emmanuele Galea sabiex ibierku. F’din is-sena ukoll Mro. Emmanuele Galea kiteb l-ewwel innu tas-Soċjeta’.

Fl-1974 il-vara titulari ġiet irrestawrata u l-parroċċa kollha kienet qed tiprepara sabiex ir-ritorn tagħha f’Birżebbuġa jkun wieħed speċjali li jibqa’ msemmi tul is-snin. Għalhekk nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju tal-1974 il-vara titulari bdiet vjaġġ fuq il-baħar mill-Bajja ta’ Marsaxlokk sal-Bajja s-Sabiħa fuq lanċa tas-sajd. Hekk kif il-vara tniżlet minn fuq il-lanċa, l-Banda San Pietru laqgħetha bid-daqq ta’ l-innu popolari u wara akkumpanjata lejn il-knisja parrokkjali b’daqq ta’ marċi brijjużi. Kien minn din il-ġrajja li fl-1979 nibtet l-idea li tibda tiġi organizzata dimostrazzjoni fuq il-baħar bl-istatwa ta’ San Pietru fl-aħħar jum tat-tridu bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pietru.

Fl-1976 is-Soċjetà bdiet topera minn dar kbira f’nofs il-misraħ prinċipali tar-raħal li fl-antik kienet ir-residenza tal-familja Cachia Randon. Il-moħħ wara dan il-pass kien is-Sur Martin Zammit li f’dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ segretarju. Il-benefattur prinċipali li għamel tajjeb għall-ispejjeż ma kien ħadd ħlief is-Sur Pawlu Camilleri. Dan il-każin ġie inawgurat nħar is-Sibt 24 ta’ Lulju tal-1976, fejn dakinħar il-Banda San Pietru tellgħet programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Maestro Carmelo Galea. Maż-żmien saru diversi xogħolijiet sabiex illum dan il-każin hu meqjus bħala wieħed mill-isbaħ f’Malta. Fost dan ix-xogħol ta’ min isemmi r-rikostruzzjoni tas-sular t’isfel u l-bini tas-sular ta’ fuq fil-bidu tas-snin 80, il-bini ta’ sala tal-mużika msemmija għal Mro. Emmanuele Galea flimkien ma’ maħżen għall-armar fil-bidu tas-snin 90, u l-bini mill-ġdid tal-faċċata fl-aħħar tas-snin 90. Fil-bidu tas-snin elfejn, dan il-każin kompla jiġi msebbaħ bir-rinovar tat-taraġ prinċipali fejn fost l-oħrajn inbniet il-famuża koppla fuq il-bejt. Ix-xogħol ferm sabiħ tal-iskultura li nsibu f’dan il-każin inħadem kollu mill-iskultur Michael Farrugia, President onorarju tas-Soċjetà li flimkien ma’ diversi membri oħra ħadmu b’mod volontarju sabiex din l-opra f’nofs il-misraħ tar-raħal tinbena. Fost ix-xogħol artistiku li nsibu, wieħed ma jistax ma jammirax il-kapitelli,.... il-ventelaturi...... u l-famuża ċinta tal-bejt li d-dettalji tagħha huma mpresjonanti għall-aħħar.

Fil-festa tal-1979 kien sar għall-ewwel darba il-marċ ta’ filgħodu nhar il-festa titulari, kif ukoll l-ewwel publikazzjoni anwali bl-isem ta’ Leħen il-Banda, li għadu jiġi ppublikat ta’ kull sena fl-okkażjoni tal-festa titulari. Fl-1981 Maestro Frank Galea ikompna l-innu marċ Għanja f’Jum San Pietru, innu ferm popolari fost il-Birżebbuġin. Nħar it-Tlieta 28 ta’ Lulju tal-1987 il-Banda San Pietru tellgħet akkademja mużikali fil-knisja parrokkjali taħt id-direzzjoni tal-Maestro Frank Galea fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà. Dakinħar indaqq għall-ewwel darba l-innu l-kbir, San Pietru: Kantata innu li kien inkiteb u ġie regalat lis-Soċjetà minn Maestro Frank Galea fil-1981, innu tabilħaqq kolossali.

Nħar is-Sibt 23 ta’ Novembru 1991, il-Banda San Pietru ġiet mistiedna mill-Għaqda Każini tal-Baned sabiex iddoqq ġewwa t-teatru Manuel fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja. Dakinħar il-Banda San Pietru, li kienet diretta minn Meastro Frank Galea bil-parteċipazjoni tal-mezzo sopran Lucienne Cassar, membru tas-Soċjetà, ippreżentat kunċert ta’ livell għoli b’esekkuzjonijiet kemm vokali kif ukoll strumentali. Dan il-programm kien taħt il-patroċinju distint tal-Eċċellenza Tiegħu t-Tabib Ċensu Tabone, President ta’ Malta. Tul is-sena 2007 is-Soċjetà kienet qed tfakkar għeluq il-ġublew tad-deheb minn meta twaqqfet. Għalhekk nħar is-Sibt 24 ta’ Frar il-Banda San Pietru għat-tieni darba fl-istorja tagħha tellgħet akkademja vokali u strumentali ġewwa l-knisja parrokkjali taħt il-patronċinju distint tal-President ta’ Malta Dr. Edward Fenech Adami. Dakinħar il-Banda San Pietru taħt id-direzzjoni tas-surmast Chev. Vincent Bonnici daqqet diversi bċejjeċ mużikali fosthom l-Innu “Omaggio a San Pietro” tal-Profs. Carlo Zammit u għat-tieni darba l-innu l-kbir “San Pietru: Kantata” ta’ Maestro Frank Galea. Nħar il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu ġiet inawgurata statwa ġdida ta’ San Pietru li tintuża għall-marċ, xogħol l-istatwarju Għawdxi l-Kavalier Micheal Camilleri Cauchi. Tul dawn is-sittin sena il-Banda San Pietru kienet immexxija minn ħames surmastrijiet, li kienu l-Professur Carlo Zammit, Maestro Emmanuele Galea, Maestro Carmelo Galea, Maestro Frank Galea, u s-surmast preżenti il-kavallier Vincent Bonniċi. F’din is-Soċjetà tħarġu diversi mużiċisti li wħud minnhom għamlu isem fil-qasam mużikali fosthom is-Sur Salvu Fenech li għadu sal-lum iservi fil-kariga ta’ assistent surmast u li din is-sena jagħlaq 55 sena minn meta ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-Banda San Pietru.

Mill-att amministrattiv din is-Soċjetà kienet immexija minn disa’ presidenti li kienu s-sinjuri Eddie Paris, Emmanuele Galea, il-Kaptan Joseph Caruana, Carmelo Polidano, Salvu Fenech, Alexander Caruana, Tarcisio Caruana, Joseph Zahra u l-president preżenti, ż-żagħżugħ Anthero Agius li ħa l-kariga fit-2 ta’ April ta’ din is-sena, 2017.

Illum il-ġurnata din is-Soċjetà hi ħajja u attiva s-sena kollha b’kalendarju mimli ta’ attivitajiet li jitgħellu mill-membri attivi tagħha. Fil-preżent l-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen tħaddan fiha nukleu ta’ membri żagħżagħ b’talenti diversi li llkoll jaħdmu f’ambjent ta’ familja sabiex b’kolletività jtgħellaw festa mill-isbaħ u jogħllu l-isem ta’ Birżebbuġa bit-talenti tagħhom. Mingħajr dubju ta’ xejn din l-atmosfera sabiħa tgħamel il-każin tal-Banda San Pietru d-dar naturali tal-Birżebbuġin.

Is-snin għaddew u nbidlu ż-żminijiet. Diversi personalitajiet taw sehmhom fit-tmexxija u ħallew il-marki tagħhom u isimhom minqux fl-istorja tagħha. Oħrajn għadhom qed jagħtu sehemhom bil-għan li jkattru dak li ħadmu għalih missirijietna, u jrawmu mexxejja ġodda għall-futur. Is-Soċjeta’ hi ħajja, tifkira sabiħa ta’ missirijietna li issa tinsab f’idejna, bl-obligu tagħna li mmexxuha ’l quddiem sabiex uliedna wkoll ikollhom l-opportunità li jgawdu l-isbuħija mmortali li taf tofri l-arti mużikali Maltija.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Prof. Dr. Carmelo Zammit Ph.D,D.Mus.,F.L.C.M.,F.V.C.M.,F.R.S.A.,F.G.M.S. 1957 1965
02 Mro. Emmanuel Galea 1965 1968
03 Mro. Carmelo Galea L. Mus L.C.M 1971 1981
04 Mro. Frank Galea T.C., D.E.A.M., F.L.C.M. 1981 1995
05 Mro.Chev. Vincent Bonnici K.T.L 1995

Presidents

No Presidents From Until
01 Eddie Paris 1957 1964
02 Emmanuel Galea 1964* 1967
03 Joseph Caruana Captain 1967 1968
04 Camelo Polidano 1971 1973
05 Emmanuel Galea 1973 1986
06 Salvu Fenech 1986 1997
07 A. Caruana 1997 2002
08 Tarċisio Caruana 2002 2004
09 Joseph M. Zahra 2004 2017
10 Anthero Aġius 2017

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Anthony C. Naizer 1957 1964
02 Joseph Petroni 1964 1965
03 Carmelo Galea 1965 1968
04 Martin Zammit 1971 1996
05 Alexander Caruana 1996 1997
06 Keith Zammit 1997 1999
07 Mario Dalli 1999 2007
08 Martin Camilleri 2007 2015
09 Ivan Zammit 2015

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Emmanuel Debattista 1957 1964
02 Anthony Gauci 1964 1965 *
03 Emmanuel Galea 1967 1973 **
04 Salvu Fenech 1973 1985
05 Joseph Debattista 1985 1986
06 John Cilia 1986 1987
07 Anthony Camilleri 1987 1989
08 Michael Grech 1989 1991
09 Charles Tanti 1991 1996
10 Joseph Spiteri 1996 1997
11 Ludwig N. Desira 1997 2000
12 Carmelo Attard 2000 2002
13 David Grixti 2002 2007
14 Anthero Aġius 2007 2017
15 Kieth Cauchi 2017
  • Between 1965 and 1967 the finances were under the care of the President Emmanuel Galea.
    • Between 1968 and 1971 Emmanuel Galea was attorney of the property Society

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cd's - Festive Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.1) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 1988 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.2) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 1991 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.3) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 1993 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.4) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 1995 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi (Vol.5) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 1997 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi (2000-2001) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 2000-2001 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi (2003) - Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 2003 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi (2005-2006) Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen 2005-2006 *

Programmes and Publications

Memorials

External links