Għaqda Mużikali San Girgor (Kerċem)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja

Għaqda Mużikali San Girgor (Kerċem) A.D. 1997

L-Għaqda Mużikali San Girgor ġiet mwaqqfa waqt Laqgħa Ġenerali nhar il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru, 1997 ġewwa ċ-ċentru Parrokkjali.

Matul l-ewwel snin tal-Għaqda, ingħata bidu għat-tagħlim mużikali, bl-ewwel studenti jieħdu l-lezzjonijiet tal-mużika fil-bini taċ-Ċentru Parrokkjali. Mill-ewwel snin tal-ħidma tagħha, l-Għaqda ħadet ħsieb sabiex tingaġġa Surmast Direttur li dan kien iż-żgħażugħ Mark Gauci fl-eta’ ta’ 18 il-sena li b’dedikazzjoni sħiħa ħa ħsieb it-tagħlim u t-tmexxija tal-banda sal-ġurnata tal-lum flimkien ma’ għalliema oħrajn, li huma Marvin Grech u George Camilleri.

Il-Banda San Girgor ġiet inawgurata mill-President ta’ Malta l-E.T. Dr. Guido de Marco nhar il-5 ta’ Lulju, 1999 fejn tat l-ewwel eżekuzzjoni tagħha waqt quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi Isqof t’ Għawdex, li saret fuq palk armat apposta ġewwa pjazza San Girgor, dak inhar ukoll il-Banda San Girgor sellmet għall-ewwel darba lix-xbieha devota tal-Madonna tas-Sokkors bid-daqq tal-Ave Marija li inħarġet apposta fuq iz-zuntier tas-Santwarju Parrokkjali.

Matul is-snin, l-Għaqda kompliet tikber u tissaħħah kemm mużikalment u kif ukoll soċjalment. Infatti matul il-25 sena ta’ storja tagħha, il-Banda San Girgor għenet sabiex nisslet benniena mużikali fir-raħal ta’ Kerċem b’kontribuzzjoni sħiħa fil-festi li jiġu ċċelebrati fir-raħal b’mod speċjali l-festi titulari ta’ San Girgor il-Kbir li tkun iċċelebrata f’ Marzu kif ukoll dik tal-Madonna tas-Sokkors f’ Lulju, kif ukoll kienet ta’ mutur għall-avvanz kulturali f’raħalna.

Hija daqqet kważi fl-irħula kollha f’Għawdex kif ukoll f’numru sabiħ ta’ okkażjonijiet f’Malta bħal-meta daqqet darbtejn fil-festa ta’ Santa Maria ġewwa l-Imqabba, waqt in-notte Bianca ġewwa l-belt Valletta, ġewwa l-Floriana b’kunċert Mużikali. Okkazjoni memorabbli wkoll kienet il-Programm Mużikali li ttella’ fit-Teatru Manoel fl-20 ta’ Frar 2012 kunċert li għadu u jibqa fil-memorja ta’ dawk preżenti li fih kien ipparteċipa l-Ewfonista ta’ fama modjali Stephen Meadli kien il-mistieden speċjali tal-Għaqda tagħna, dan il-kunċert kien organiżżat kollu kemm hu mill-Għaqda tagħna. Barra minn hekk, il-Banda San Girgor kellha x-xorti wkoll li ssemma’ leħinha 3 darbiet barra minn Malta fosthom Orvieto (2003) fejn fost diversi servizzi daqqet fit-teatru magħruf Teatro Mancinelli, il-Belt tal-Vatikan waqt udjenza mal-Papa Benedittu XVI u fil-Villaġġ li l-banda għandha ġemellaġġ Mużikali magħhom San Gregorio da Sassola (2012) u ġewwa r-raħal ta’ Mirandola (2017). Fl-Okkażżjoni tal-festa tal-Madonna tas-Sokkors dejjem isir il-kunċert Mużikali tal-festa kif ukoll fix-xahar ta’ Ottubru il-banda tagħna tagħmel kunċert fil-pjazza ta’ Santa Luċija l-irħajjel li jagħmel parti mill-kommunita’ tagħna. Sa mit-twaqqif tagħha il-banda San Girgor irikordjat 6 CD ta’ Marċi brijużi.

Mil-lat kulturali, l-Għaqda Mużikali San Girgor hija impenjata ferm f’dan il-qasam b’numru sabiex ta’ attivitajiet annwali li jsiru minn żmien għal żmien. Il-Kumitat Amministrattiv, li jieħu ħsieb it-tmexxija tal-Għaqda, dejjem kien tmun li jara li l-għanijiet tas-Soċjeta’ jintlaħqu bl-aħjar mod possibbli. Impenn partikolari kien dak li l-Għaqda jkollha s-Sede tagħha minn fejn tkun tista’ twettaq il-ħidma tagħha bl-akbar faċilita’. Dan illum tista’ tagħmlu minn Palazzo Celio li fl-10 ta’ Ġunju, 2006 tpoġġiet l ewwel ġebla tiegħu u fil-5 ta’ Lulju, 2016 din il-binja monumentali ġiet uffiċċjalment inawgurata mill-President tar-Repubblika ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u mbiereka mill-E.T. l-Isqof t’ Għawdex Mario Grech (illum Kardinal) binja li tilqa fiha l istrutturi kollha tal-Għaqda flimkien mal-bottegin Twelve 03 Bar & Grill.

Matul dawn il-25 sena mit-twaqqif tagħha din l-għaqda tkellha fit-tmexxija tlett Presidenti li huma l-mibki s-sur Raymond Mercieca, is-Sur Emanuel Grech, u l-President attwali l-avukat Dr. Joshua Grech. Mill-lat mu’ikali l-banda kellha dejjem fit-tmexxija u direzzjoni tagħha lis-surmast Mark Gauci u l-assistent Surmast Marvin Grech.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Mark Gauci 1997

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Raymond Mercieca 1997 2002
02 Emanuel Grech 2002 2007
03 Dr. Joshua Grech 2007

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Frans Mizzi 1997 2002
02 Michael Azzopardi 2002 2007
03 Michael Grech 2006 2007
04 Joe Grima B.A. 2007 2008
05 Keith Attard 2008 2011
06 Noel Cassar 2011 2021
07 Noel Vella 2021

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Carmelo Vella 1997 2007
02 Noel Borg 2007

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Għaqda Mużikali San Girgor (Kerċem) (2002) 2012 *

Programmes and Publications

Memorials

External links