Etienne Spiteri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro.Etienne Spiteri

Etienne Spiteri twieled fl-4 ta’ Marzu 1978 minn Bormla. Missieru Louis Spiteri għal bosta snin Segretarju Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla. Studja it-teorija, l-armonija u l- kontrapunt taħt is-Surmast Raymond Sciberras u kiseb l-Associate fil-kompożizzjoni mill-kulleġġ tal-mużika tal-London College of Music fl-2002.

Kompla l-istudji tiegħu fl-orkestrazzjoni u l-fuga, fejn kiseb l-Licentiate fil-kompożizzjoni mill-istess kulluġġ. Fl-2012 kiseb l-għola diploma fil-kompożizzjoni, l-FLCM fejn sussegwentament kiseb il-fellowship¬ mill-Kulleġġ ta’ Victoria din id-darba b’diploma bl-unuri. Fl-2018 Etienne, kiseb ukoll Liċjenzjat (LLCM in Conducting) fid-direżżjoni mużikali.

Ikkunsidrat bħala wieħed mill-kompożituri emerġenti, Spiteri, kkkompona għal varjeta’ ta’ formazzjonijiet fosthom għal Chamber, Orkestra, xogħolijiet għall-pjanu u l-vuċi kif ukoll għal banda. Ix-xogħolijiet prinċipali ta’ Spiteri huma maħsuba għal formazzjoni ta’ concert band anke minħabba l-konnessjoni kbira li għandu mal-baned Maltin.

Fost l-aktar xoghlijiet riċenti, nsibu l-Oratorio San Giljan, li sar il-premier tiegħu mill-Banda San Ġiljan lura f’Jannar tal-2016, kif ukoll il-kompozizzjoni Ocean Depths għall-Klarinett u Orkestra li ġiet irrekordjata f’Ġunju li għadda mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta u l-klarinettista Jessica Ellul bħala parti minn album li ġie mniedi F’Diċembru tal-2019. Etienne kien ukoll id-direttur mużikali ta’ dan l-album. F’Lulju tal-2017 li Etienne Spiteri attenda għall-kors intensiv fid-direżżjoni taħt is-superviżjoni ta’ Peter Stark, direttur u għalliem ta’ fama internazzjonali liema kors li ġie mhejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Aktar tard, attenda għall-Masterclasses taħt is-Surmast Michalis Economou. Fl-2018 Etienne kellu x-xogħol mużikali tiegħu iklassifikat ma’ l-aqwa 10 kompożizzjonijiet f’kompetizzjoni Internazzjonali ġewwa Alumiere f’Ruma organizzata minn Scomegna Music.

Etienne’ ħareġ tlett Albums bil-kompożizzjonijiet tiegħu fl-2007, fl-2011 u fl-2015 b’xejn anqas minn tletin marċ funebru fost xogħlijiet oħra. Illum il-ġurnata, huwa Surmast Direttur tal-Għaqda Mużikali Madonna ta' Pompei ta’ Marsaxlokk, il-St Julian's Band Club u l-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla.

Xogħlijiet tas-Surmast Etienne Spiteri

CD's

No Name of Cd's - Festives Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Lacryme Funeral Marches Dejjem F'Qalbna (2006) - by Simon Ellul & Etienne Spiteri 2006 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Sitio - Etienne Spiteri 2011 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - Signum Crucis - Etienne Spiteri 2015 *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri - Dejjem F'Qalbna (2024) - Marċi ta' Mro. Etienne Spiteri (2024) 2024 *