Dun Frans Camilleri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Dun Frans Camilleri twieled il-Marsa fid-29 ta’ Jannar 1919 u studja fl-iskola tal-Gvern u fis-St Paul’s School. Kompla l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Furjana u l-Università ta’ Malta fejn għamel il-Kors tat-Teoloġija.

Ħa l-quddiesa fl-1943 u baqa’ jqaddes kuljum fil-Knisja ta’ Santu Nuzzu, il-Ħamrun, li tagħha kien Rettur għal ħafna snin. Għallem il-Malti fil-Kulleġġ San Alwiġi u s-Seminarju bejn is-snin 1944-1964.

Dun Frans kien attiv f’għadd ta’ għaqdiet letterarji, fosthom l-Għaqda ta’ Qari Tajjeb li tagħha kien segretarju u editur għal ħafna snin, u fl-Akkademja tal-Malti. Kien l-ewwel editur tar-rivista tal-Azzjoni Kattolika. Il-Ħuġġieġa u Lil Ħutna, ir-rivista maħsuba għall-emigranti Maltin. Inħatar Assistent Ekkleżjastiku tas-St Thomas Moore Circle u kien Direttur Spiritwali ta’ bosta għaqdiet.

Dun Frans kiteb mal-500 innu għal parroċċi, skejjel, għaqdiet reliġjużi u lajċi – innijiet ispirati mill-ħajja Maltija kemm reliġjuża, soċjali u edukattiva, imqanqla b’mod speċjali mill-imħabba u l-qima li kellu lejn il-Madonna u l-qaddisin. Il-poeżiji tiegħu dehru miġburin f’ Moħba ta’ Qalb (1945), Fil-Ġnejna tat-Tfulija (1948) – sensiela ta’ poeżiji għat-tfal – Innijiet (1948) u L-Għanja ta’ Ħajti (1964). Ippubblika wkoll Lejn id-Dawl (1950), ġabra ta’ esejs b’osservazzjonijiet fuq l-edukazzjoni, il-kultura, ir-reliġjon u l-ħajja soċjali.

Dun Frans kellu għal qalbu l-fotografija u kien magħruf għar-ritratti li jaqbdu l-ambjent lokali u l-pajsaġġ Malti. Ħafna minnhom dehru f’kartolini u kalendarji. Imma jibqa’ magħruf l-aktar bħala l-fotografu tal-Poeta Nazzjonali, b’mod partikulari għar-ritratt ta’ Dun Karm mal-kanarin. Tiegħu wkoll huwa l-film li issa ġie rrestawrat għal fuq DVD mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, id-dokumentarju bit-titlu Dun Karm – Il-Bniedem wara l-Poeta.

Bħala poeta mexa fuq il-passi ta’ Dun Karm, bis-sentiment reliġjuż jitwaħħad mal-patrija u fi kliemu stess il-lingwa hija l-qalb u r-ruħ tan-nazzjon.

Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu dehru fir-rivisti letterarji Il-Malti u Leħen il-Malti.

Dun Frans miet ta’ 71 sena fis-6 ta’ Diċembru 1990 u l-funeral tiegħu sar is-Sibt, 8 ta’ Diċembru, nhar il-Kunċizzjoni.