Difference between revisions of "Duke of Connaught's Own Band Club"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Duke of Connaught Own Band Club)
Line 30: Line 30:


Wieħed mis-servizzi li jibqa’ mfakkar kien meta waslet il-qanpiena l-kbira fl-1901. Din kienet il-qanpiena li nħadmet qabel dik li għandna issa.
Wieħed mis-servizzi li jibqa’ mfakkar kien meta waslet il-qanpiena l-kbira fl-1901. Din kienet il-qanpiena li nħadmet qabel dik li għandna issa.
>>> Qanpiena l-antika <<<
Fl-1903, l-isem tas-Soċjeta` nbiedel u għadu hekk sal-lum. L-isem komplut huwa: “Circolo Sant’ Elena e Filarmonica Duke of Connaught’s Own. Dak iż-żmien il-Banda kienet qed tħejji biex tagħmel uniformi ġdida. F’seduta tal-Kumitat kien ġie deċiż li ssir uniformi militari u għalhekk marret kummissjoni mmexxija mill-President ta’ dak iż-żmien, [[Dr. Alfred Parnis]] LL.D bil-proposta għall-uniformi militari ġdida għand id-Duka li kien qiegħed f’pajjiżna. Id-Duka aċċetta u anke ssuġġerixxa li jagħti ismu lill-Banda. B’hekk il-Banda reġgħet tgħammdet b’isem ġdid ta’ “Societa Filarmonica Duke of Connaught’s Own” li żammitu sal-lum.
F’seduta tal-kumitat ġie deċiż li l-isem komplut ikun: “Circolo Sant’ Elena e Filarmonica Duke of Connaught’s Own.” L-uniformi l-ġdida ġiet mżanżna meta d-Duka stieden lill-Banda biex tagħmel programm mużikali fil-ġnien privat ta’ [[San Anton]], il-Banda saritilha stima mid-Duka. Dak iż-żmien li jkollok isem irjali jew għal xi Kavallier kien ikun unur għal Banda u r-raħal tiegħek. Baned oħra b’isem irjali huma: “Queen Victoria” taż-Żurrieq, King’s Own, tal-Belt Valletta, “Prince of Wales” tal-Birgu u Re Ġorġ V fl-Imqabba.
>>> Standard Duka <<<
>>> Korrispondenza Duka <<<
Fl-1904, it-tieni Banda Karkariża, La Stella xogħljiet. Biex tkompli tara kemm dak iż-Żmien kulħadd qabel mal-bdil tal-isem tal-Banda tagħna. B’hekk, l-okkorrent tagħha spiċċa fil-Każin tal-Banda tagħna.
Fl-1908, is-sede tas-Soċjeta` ċċaqlaq u l-indirizz kien jaqra hekk: “Societa` Filarmonica Duke of Connaught’s Own Band, Strada San Rocco, Birchircara. Sfortunatament, eżatt liema dar f’din it-triq ma nafuhiex. Pero` probabilment, is-sede kienet viċin ħafna tal-Knisja ta’ Santu Rokku.
>>> Kazin 2 <<<
Fl-1913, Banda ohra f’Birkirkara ġiet imwaqqfa. Din kienet il-“Banda L’Unione.” L-unika tagħrif li sibna rigward din il-Banda kien li s-surmast tagħha kien [[Mro. Emmanuele Spiteri]] u li waqfet teżisti wara ftit żmien.
Fl-1914, is-sede tas-soċjeta` reġa’ nbiedel għal Pjazza Sant’ Elena. L-indirizz il-ġdid jaqra: Casino duke of Connaught’s Own, 1, 2, 3, e 4, Piazza Sant’ Elena, Birchircara.
>>> Kazin 3 <<<
>>> Kazin Tal-Ghama l-pjazza <<<
Interessanti wkoll li dik il-ħabta, il-President tas-Soċjeta` kien l-Avukat [[Francesco Buhagiar]] li maż-żmien laħaq anki Prim Ministru ta’ Malta u anka kien President tas-Soċjeta` fl-istess ħin. Żewġt itfal tiegħu laħqu Presidenti tas-soċjeta wkoll. [[Edgar Buhagair]] u [[William Buhagiar]] fi żminijiet differenti.
>>> Francesco Buhagiar <<<
Fl-1916, il-kumitat aċċetta t-talba tas-Surmast Direttur ta’ dak iż-żmien, [[Mro. Francesco Xuereb]] biex jagħmlu fergha mis-Soċjeta` bl-isem tal-“Compagnia Del Teatrino.”
Bejn l-1913 u l-1917 twaqqfet Banda oħra f’Birkirkara. Din kien jisimha “Circolo filarmonica La Pace.” L-unika nformazzjoni li sibna kienu li s–sede ta’ din il-Banda kienet: 149, Strada Reale, Birchircara u li l-President tagħha kien [[Ġiovanni Baldacchino]]. Jidher ukoll li din il-Banda xoljiet wara ftit snin.
>>> La Pace <<<
Is-sena 1919 hija data mportanti fl-istorja tas-Soċjeta` tagħna. Kif għedna iktar qabel il-politika f’pajjiżna kienet taffetwa lin-nies mhux ħażin. Ġara li s-Soċjeta` tagħna kienet tappoħja bi sħiħ partit politiku fl-apert. Xi membri mill-Każin kienu jħaddnu f’qalbhom partit politiku ieħor. Dawn il-membri provaw jieħdu f’idejhom il-Każin iżda wara li probabilment kienu inqas sew fin-numru tkeċċew wara ksur ta’ regoli tal-istatut. Saħansitra, dawn fetħu Banda oħra li għadna nsibu sal-ġurnata tal-lum. L-isem ta’ din il-Banda jaqra: “Circolo Sant’ Elena.”
Interessanti ferm nsibu li f’seduta importanti tas-soċjeta` għall-fini tal-istorja tal-baned Karkarizi  tat-30 ta’ Marzu 1919, kien hemm persuna bl-isem ta’ [[Ignazio Sammut]],  li effettivament kien wieħed mill-funadaturi tac-“Circolo Sant’ Elena” li twaqqfet fl-istess sena, bagħat ir-riżenja tiegħu minn soċju u bandist, liema riżenja ġiet aċċettata mill-kumitat.
Interessanti aktar hija li fis-seduta tal-Kumitat tas-Soċjeta` tal-14 ta’ Mejju 1919, fil-minuti tas-Soċjeta` naqraw ukoll kif fuq proposta tas-Sur [[Vincenzo Theuma]], l-istess Ignazio Sammut, flimkien ma’ żewġ persuni oħra, ġie milqugħ lura bħala soċju taċ-“Circolo Sant’ Elena di Filarmonica Duke of Connaught’s Own.”
>>> minuti 11 <<<
Ninnutaw ukoll li l-ewwel President tac-“Circolo Sant’ Elena” kien [[Carmelo Sammut]] fl-1920. Ironikament ftit jiem qabel ic-“Circolo Sant’ Elena” ġiet imwaqqfa, l-istess Carmelo Sammut kien għadu Soċju taċ-“Circolo Sant’ Elena di Filarminica Duke of Connaughts’s Own.”
>>> minuti 4 <<<
Fl-10 t’Awwissu 1919 inġiebet lura f’Birkirkara l-vara titular tal-Patruna Santa Liena. Il-vara ġiet indurata mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta u saritielha kuruna tal-fidda li nġabret fost il-poplu Karkariz u nħadmet mill-arġentier Emmanuel Farrugia tal-Furjana kif ukoll kien bandist fir-Reġiment tal-Miliżja. Il-vara nġiebet lura minn ħdejn l-Istażżjon tal-ferrovija sal-Knisja Kolleġġjata Elenjana u kienet akkumpanjata miż-żewġ Baned Karkarizi, Duke of Connaught’s Own u Sant’ Elena. Madankollu, ritratt partikolari li jinsab fis-sede tas-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own, jidhru biss l-istandardi u bandalori kollha tal-Banda Duke of Connaught’s Own. L-ebda standardi jew bandalori u bandisti tal-Banda Sant’ Elena ma’ jidhru f’dan ir-ritratt. Infatti, l-ewwel darba li tissemma b’isimha l-Banda Sant’ Elena fil-minuti tas-Soċjeta` tagħna hi fis-seduta tal-25 t’April 1920.
>>> santa liena l wied <<<
Servizzi tal-Banda f’dak iż-żmien kienu fil-Festa titulari ta’ Santa Liena, fil-festi sekondarji, San Pawl, San Ġużepp, Santu Kruċ, Madonna tal-Karmnu, Madonna tal-Erwieħ u Madonna tad-Duttrina li kienet tħabbatha sew mal-festa titular ta’ Santa Liena.
Fl-24 ta’ Settembru 1922, l-eks membri f’Detroit irregalaw standard lis-soċjeta` bl-istemma ta’ Detroit. Servizza barra r-raħal, il-Banda kienet tmur fil-festa ta’ San Bartilmew fil-[[Għargħur]], fil-festa ta’ Santa Marija f’ [[Ħ’Attard]], fil-festa ta’ Santa Katarina fiż-[[Żejtun]], fil-festa ta’ Santa Margerita u l-Kunċiżżjoni ta’ Bormla.
F’Novembru tal-1923, il-President tas-Soċjeta` l-avukat Francesco Buhagiar laħaq Prim Ministru ta’ Malta. F’isem il-Partit Nazzjonalista ta’ [[Panzavecchia]] (UPM).
>>> Francesco Buhagiar <<<
L-ewwel mawra tal-Banda Duke of Connaught’s Own kienet bejn il-11 u l-15 ta’ Settembru 1926 fil-belt ta’ Katanja ġewwa Sqallija fejn anka ġiet irregalata standard bl-istemma tal-belt ta’ Katanja mir-residenti tal-belt ta’ Katanja.
It-tieni mawra tas-Soċjeta` barra minn xtutna kien fis-7 ta’ Settembru 1930 ġewwa Noto fi Sqallija għall-festa ta’ San Corrado. Il-banda għamlet marċ fl-għaxra ta’ filgħodu u mmarċjat għall-ewwel darba b’pass mgħaġġel stil militari.
Avvenimet importanti għas-soċjeta` kif ukoll għall-Birkirkara kien il-wasla tal-qanpiena l-kbira fis-17 ta’ Jannar 1932. Iż-żewġ baned Karkarizi akkumpanjaw il-qanpiena l-kbira minn [[Fleur De Lys]] sa fuq iż-żuntier tal-Kolleġġjata.
>>> qanpiena l kbira <<<
Xi ħaġa nteressanti u ta’ kurżita` hija minn fejn ġie l-laqam “TAL-GĦAMA” lis-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own. Surmast li taż kontribut kbir lis-Soċjeta` kien Mro. Francesco Xuereb. Jidher illi dan is-surmast kien iħobb jilbes in-nuċċali tax-xemx waqt xi marċ u saħansitra fi programmi mużikali. Dak iż-żmien, in-nuċċali ma’ kienx daqshekk moda li jintlibes, ħlief għal persuni neqsin mid-dawl. Dan għalkemm hemm min jgħid li Mro Francesco Xuereb magħruf ukoll bħala “Ċikku l-Mażuk” kien nieqes mid-dawl u x-xemx qawwija speċjalment fil-Purċissjoni ta’ Santa Liena kienet tweġggħu u ddejqu. Għaldaqstant il-Banda ħadet il-laqam: “TAL-GĦAMA’” Jingħad li dan il-laqam oriġina fl-ewwel snin tal-eżistenza tal-Banda Sant’ Elena u jista’ jagħti l-każ li kienu l-partitarji ta’ din il-banda stess li bdew jirreferu għall-Banda Duke of Connaught’s Own bħala “Tal-Għama”.
>>> Mro Francesco Xuereb <<<
Bejn l-1937 u l-1949, il-Festa esterna ta’ Santa Liena ma baqgħetx issir minħabba l-kwistjoni tal-Guspatronat. Fl-istess sena, 1937, il-Każin reġa’ ċċaqlaq minn Pjazza Sant’ Elena għall-palazz li tinsab fiħ fil-prezent fi Triq il-Wied. Kien il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 1937 meta ħalliet is-sede tagħha fi Pjazza Sant’ Elena u b’marċ brijjuż niżlet il-Wied fejn tinsab illum. Fl-1940, inħadem l-Arkivvju tas-Soċjeta`,kapulavur ta’ [[Pietru Muscat]].
Il-Każin tal-Wied barra li serva bħala Każin tal-Banda, fi żmien il-gwerra serva bħala rifuġju wkoll.
>>> santa liena wied <<<
Avveniment li ħadet sehem fiħ il-Banda flimkien mal-Banda l-oħra Elenjana kien fl-għoti tal-“George Cross” billi esegwiet programm mużikali fil-15 t’April 1942. Dakinħar, iddebutta mal-Banda [[Anthony Sultana]] jew kif nafuh aktar bħala: “Ninu.” Kellu biss disa’ snin u nofs. Maż-żmien, huwa sar l-aktar bandist li dam idoqq għall-Banda Duke of Connaught’s Own. Barra minnhekk, kien hemm ukoll membru fil-Kumitat Ċentrali għal diversi snin u għadu jgħin b’mod volontarjat lill-Banda.
Il-Ħadd 19 ta’ Novembru 1944, l-istatwa tal-Immakulata Kunċiżżjoni u l-kwadru tagħha nkurunat  reġgħu ittieħdu lura [[Bormla]], wara li kienu miżmuma fil-Kolleġġjata ta’ Birkirkara matul il-Gwerra. Fiħ ħadet sehem il-Banda Duke of Connaught’s Own u l-Banda Sant’ Elena. Ta’ min isemmi li l-pellegrinaġġ għadda mill-Wied quddiem is-sede tas-Soċjeta'.
Wieħed mis-surmastrijiet popolari f’pajjiżna huwa l-[[Magġur Anthony Aquilina]]. Fl-1 t’Ottubru tal-1945 inħatar Surmast tal-Banda Duke of Connaught’s Own Mro. Anthony Aquilina, dak iż-żmien kien għadu Kaptan. Huwa ndirizza lill-membri waqt seduta hekk:
“Bħalma forsi tafu intom, ġa kelli offerti oħra ma’ banda oħra bi preżż ogħla, imma billi jiena ġejt infurmat li l-banda tagħkom hija waħda mill-aħjar u anki s-soċjeta` kollha hija ta’ first grade, jiena ddeċidejt li nagħżel il-banda tagħkom. U jien  biex nurikom illi jien nixtieq niġi magħkom, u billi naf ukoll li intom sejrin tagħmlu saġrifiċċju kbir rigward is-salarju tiegħi ta’ £20 fix-xahar, jiena hawn lest biex nagħtikom xahar fis-sena gratis; agħżlu dan ix-xahar li tridu intom.”
>>> maggur aq <<<
>>> maggur marc <<<
Is-26 ta’ Settembru 1948, il-planċier il-ġdid tas-soċjeta` ġie armat  għall-ewwel darba għall-wiri fil-Ġnien l-Argotti fil-Furjana waqt fiera organizzata mis-Soċjeta`. Eżattament ġimgħa wara, fit-3 t’Ottubru ġie inawgurat fi Pjazza Sant’ Elena.
Il-Festa esterna reġgħet saret nħar it-3 ta’ Mejju 1950. Il-vara artistika ta’ Santa Liena kapulavur ta’ [[Salvu Psaila]], ġiet milquha fil-bieb tal-Kolleġġjata miż-żewġ Baned Karkarizi fost il-ferħ u entużjażmu tal-Karkarizi.
>>> Santa Liena zewg baned <<<
Fl-istess sena seħħet ġrajja mill-aktar kerha mhux biss għas-soċjeta` iżda għall-Karkarizi kollha. Din kienet it-traġedja tal-kamra tan-nar Sant’ Elena. Din it-traġedja ħalliet mejta tliet vittmi partitarji tas-soċjeta`.
Ġurnata mportanti fl-istorja ta’ pajjiżna u anki fl-istorja tas-Soċjeta` hija l-21 ta’ Settembru 1964, Jum l-Indipendenża ta’ pajjiżna. Il-Banda Duke of Connaught’s Own kienet ikkummissjonata biex ġurnata qabel jum l-Indipendenża, filgħaxija tagħmel marċ fil-Furjana u wara programm mużikali.. Dan il-programm ittella’ quddiem il-ġnien tal-Mall, fejn kien hemm il-monument tal-Gran Mastru Vilhena, u li llum minfloku nsibu fil-fatt il-monument tal-Indipendenża. Dakinħar, ftit passi bogħod minn fejn saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Indipendenża, il-Banda Duke of Connaught’s Own kitbet l-istorja. Dan għaliex għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, il-Banda temmet is-servizz tagħha bid-daqq tal-Innu Ingliż, magħruf bħala l-“God Save The Queen.” Dan l-innu kien jindaqq minn kull banda fi tmiem kull programm mużikali, u issa bl-għoti tal-Indipendenża, ħadlu postu l-Innu Malti. Il-Banda Duke of Connaught’s Own, b’mod uffiċċjali kienet l-aħħar banda Maltija li daqqet il-“God Save The Queen” bħala l-innu uffiċċjali f’pajjiżna. Dan l-avveniment storiku ġie dokumentat u nħareġ ċertifikat għal din l-okkażżjoni daqstant speċjali. Ħamsa u għoxrin sena wara, il-“British Culture Association” ikkummissjonat pittura ta’ [[John Baldacchino]] ta’ dan l-avveniment imsemmi. Din il-pittura għadha sal-lum tinżamm b’għożża u kburija fis-swali tas-sede tas-Soċjeta`.
>>> Indipendenza Banda <<<
Fl-1965, is-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own għalqet il-mitt sena mwaqqfa. Ġiet inawgurata bandalora tal-Banda f’għeluq dawn il-mitt sena mit-twaqqif tagħha u ġiet imżanżna fil-marċ tat-“Te Deum.
>>> bandalora 100 <<<
Nħar l-Erbgħa 2 ta’ Jannar 1968 ħalla din id-dinja is-Surmast Direttur tal-Banda [[Mro. Carmelo Brincat]] fl-eta` ta’ 71 sena u postu ħadu ibnu stess, [[Mro. Emmanuel Brincat]]. Fl-1971, l-onorevoli avukat [[Joseph M. Fenech]] laħaq President tas-Soċjeta` u dam f’din il-kariġa sal-2005 meta mar jiltaqa’ mal-Mulej.
F’Mejju tal-1977, is-Surmast Emmanuel Brincat irreżenja mill-kariga tiegħu u postu ħadu [[Mro. Andrew Coleiro]]. Is-Surmast Coleiro hadem hafna ghall-avvanz tal-Banda u bla dubju jibqa’ msemmi għar-repertorju kbir ta’ marċi brijużi u melodjużi li jpaxxu l-widna. Fost dawn insibu: Karmar, Magnus, El Sombrero, Nikita, Queen of Queens, Millenium, La Vincitrice, Agrigento, Standard Ahmar, The Victorians, Aħmar u Isfar, Anniversarju u ħafna oħrajn.
>>> Andrew Coleiro <<<


== Organisation ==
== Organisation ==

Revision as of 06:21, 19 March 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

                          KAŻIN SANTA LIENA, BANDA DUKE OF CONNAUGHT’S OWN, BIRKIRKARA (A.D. 1865) 
 

>>> arma <<<

L-ewwel soċjeta` mużikali f’Birkirkara ġiet imwaqqfa fis-sena 1865. Il-Fundatur ta’ din il-Banda kien Mro.Tommaso Galea, l-ewwel surmast tal-Banda. Sa minn sentejn qabel, dilettanti fil-mużika Karkariżi kienu jitħarġu l-mużika taħt is-Sur Karm Borg sakemm ġie deċiż li Birkirkara jkollha Banda bħal ftit irħula oħra li kienu diġa ġew imwaqqfa. Il-Banda ġiet imsemmija bħala “Filarmonica Sant’ Elena”. L-ewwel programm mużikali tal-Banda sar fil-Festa ta’ Santa Liena tal-1865 fi Pjazza Sant’ Elena, Birkirkara.

Dak iż-żmien is-servizzi lokali tar-raħal kienu tnejn, il-festa titular ta’ Santa Liena u l-festa sekondarja tal-Madonna tad-Duttrina. Fil-bidu tal-wild tal-ewwel Banda Karkariża, Mro.Tommaso Galea kkompona diversi marċi proċessjonili li għadna nitpaxxew bihom sal-lum. Ikkompona wkoll l-ewwel Inno di Gloria għal Sant’ Elena, kapulavur ieħor ta’ dan is-surmast u fundatur tal-Banda.

>>> tommaso galea <<<

Fl-1881, il-Banda bidlet l-isem għall-ewwel darba u konna nsibuha bħala “Societa Filarmonica di Birchircara.” L-ewwel sede tas-Soċjeta` nsibuha fi triq Dejqa viċin il-Pjazza. Sewwa sew fejn illum hemm il-Maħżen tal-Għaqda tal-Armar Sant’ Elena. Il-Każin kien jismu hekk: “Casino e Scuola, 24, Strada Sant’ Elena, Birchircara.”

>>> capt Kazin 1 <<<

Fl-1890, il-Banda bidlet isimha għat-tieni darba u ġie jisimha: “Societa` Filarmonica L’Alleanza.” Fattur għaliex inbiedel l-isem kien il-politikali dak iż-żmien kienet fattur ewlieni li kien jaffetwa l-mentalita` tan-nies anke fid-deċiżżjonijiet li jittieħdu fis-soċjeta` Maltija, inkluż fil-każini tal-baned.

Fl-istess sena, f’Birkirkara rajna t-twelid tat-tieni Banda Karkariza bl-isem ta’: “Filarmonica La Stella”/ Din is-Soċjeta` twaqfet wara, li fil-Banda tagħna li dak iż-żmien kien jisimha “L’Alleanza,” Mro. Tommaso Galea ddgħajjef minn saħħtu, u xi bandisti ndunaw li l-entuzjazmu għall-banda naqas sew. Ħallew il-Banda tagħna u fetħu din il-Banda, La Stella. L-ewwel surmast ta’ din il-Banda kien Mro. Gavino Camilleri. Aktarx li l-isem ta’ “La Stella” huwa marbut mal-festa sekondarja tal-Madonna tad-Duttrina. Biss l-isem “La Stella” żgur ingħata minħabba l-arma tal-kunjom Bugeja għall-Maestro di Capella tal-Kolleġġjata Elenjana Riccardo Bugeja.

Is-sede ta’ din il-Banda kien jisimha hekk: “Casino e Scuola, 28, Strada Reale, Birchircara.” Din il-Banda bidlet is-sede fl-1900 u l-indirizz il-ġdid kien jaqra: “Casino e Scuola, 30 Strada Reale, Birchircara. Wieħed mis-servizzi ta’ din il-Banda kien fil-funeral tal-funadur tal-Banda tagħna, Mro.Tommaso Galea, meta ż-żewġ baned Karkariżi tawh l-aħħar tislima fl-14 ta’ Ġunju tal-1893.

>>> La Stella <<<

Fl-1895, l-isem tal-Banda reġa’ nbiedel għal: “Societa` Filarmonica Sant’ Elena”. Erba’ snin wara, s-surmast tal-Banda tagħna kien Mro. Raffaele Ricci. Dan is-surmast jibqa’ magħruf għal kapulavur ta’ innu l-kbir li kiteb għal Santa Liena. Dan l-innu l-kbir kiber fil-popolarita` tiegħu matul is-snin, tant li għadu jindaqq b’mod regolari sal-lum il-ġurnata. Huwa wieħed mill-isbaħ innijiet li nsibu fil-Ġżejjer Maltin. Mro. Raffaele Ricci kiteb ukoll diversi marċi, marċi proċessjonali u sinfoniji li llum il-ġurnata għadhom miġbura b’għożża kbira fl-arkivju tas-Secjeta`.

>>> St Elena Inno Gdi Gloria <<< >>> Banda Ricci <<<

Wieħed mis-servizzi li jibqa’ mfakkar kien meta waslet il-qanpiena l-kbira fl-1901. Din kienet il-qanpiena li nħadmet qabel dik li għandna issa.


>>> Qanpiena l-antika <<<

Fl-1903, l-isem tas-Soċjeta` nbiedel u għadu hekk sal-lum. L-isem komplut huwa: “Circolo Sant’ Elena e Filarmonica Duke of Connaught’s Own. Dak iż-żmien il-Banda kienet qed tħejji biex tagħmel uniformi ġdida. F’seduta tal-Kumitat kien ġie deċiż li ssir uniformi militari u għalhekk marret kummissjoni mmexxija mill-President ta’ dak iż-żmien, Dr. Alfred Parnis LL.D bil-proposta għall-uniformi militari ġdida għand id-Duka li kien qiegħed f’pajjiżna. Id-Duka aċċetta u anke ssuġġerixxa li jagħti ismu lill-Banda. B’hekk il-Banda reġgħet tgħammdet b’isem ġdid ta’ “Societa Filarmonica Duke of Connaught’s Own” li żammitu sal-lum.

F’seduta tal-kumitat ġie deċiż li l-isem komplut ikun: “Circolo Sant’ Elena e Filarmonica Duke of Connaught’s Own.” L-uniformi l-ġdida ġiet mżanżna meta d-Duka stieden lill-Banda biex tagħmel programm mużikali fil-ġnien privat ta’ San Anton, il-Banda saritilha stima mid-Duka. Dak iż-żmien li jkollok isem irjali jew għal xi Kavallier kien ikun unur għal Banda u r-raħal tiegħek. Baned oħra b’isem irjali huma: “Queen Victoria” taż-Żurrieq, King’s Own, tal-Belt Valletta, “Prince of Wales” tal-Birgu u Re Ġorġ V fl-Imqabba.

>>> Standard Duka <<< >>> Korrispondenza Duka <<<

Fl-1904, it-tieni Banda Karkariża, La Stella xogħljiet. Biex tkompli tara kemm dak iż-Żmien kulħadd qabel mal-bdil tal-isem tal-Banda tagħna. B’hekk, l-okkorrent tagħha spiċċa fil-Każin tal-Banda tagħna.

Fl-1908, is-sede tas-Soċjeta` ċċaqlaq u l-indirizz kien jaqra hekk: “Societa` Filarmonica Duke of Connaught’s Own Band, Strada San Rocco, Birchircara. Sfortunatament, eżatt liema dar f’din it-triq ma nafuhiex. Pero` probabilment, is-sede kienet viċin ħafna tal-Knisja ta’ Santu Rokku.

>>> Kazin 2 <<<

Fl-1913, Banda ohra f’Birkirkara ġiet imwaqqfa. Din kienet il-“Banda L’Unione.” L-unika tagħrif li sibna rigward din il-Banda kien li s-surmast tagħha kien Mro. Emmanuele Spiteri u li waqfet teżisti wara ftit żmien. Fl-1914, is-sede tas-soċjeta` reġa’ nbiedel għal Pjazza Sant’ Elena. L-indirizz il-ġdid jaqra: Casino duke of Connaught’s Own, 1, 2, 3, e 4, Piazza Sant’ Elena, Birchircara.

>>> Kazin 3 <<< >>> Kazin Tal-Ghama l-pjazza <<<

Interessanti wkoll li dik il-ħabta, il-President tas-Soċjeta` kien l-Avukat Francesco Buhagiar li maż-żmien laħaq anki Prim Ministru ta’ Malta u anka kien President tas-Soċjeta` fl-istess ħin. Żewġt itfal tiegħu laħqu Presidenti tas-soċjeta wkoll. Edgar Buhagair u William Buhagiar fi żminijiet differenti.

>>> Francesco Buhagiar <<<

Fl-1916, il-kumitat aċċetta t-talba tas-Surmast Direttur ta’ dak iż-żmien, Mro. Francesco Xuereb biex jagħmlu fergha mis-Soċjeta` bl-isem tal-“Compagnia Del Teatrino.”

Bejn l-1913 u l-1917 twaqqfet Banda oħra f’Birkirkara. Din kien jisimha “Circolo filarmonica La Pace.” L-unika nformazzjoni li sibna kienu li s–sede ta’ din il-Banda kienet: 149, Strada Reale, Birchircara u li l-President tagħha kien Ġiovanni Baldacchino. Jidher ukoll li din il-Banda xoljiet wara ftit snin.

>>> La Pace <<<

Is-sena 1919 hija data mportanti fl-istorja tas-Soċjeta` tagħna. Kif għedna iktar qabel il-politika f’pajjiżna kienet taffetwa lin-nies mhux ħażin. Ġara li s-Soċjeta` tagħna kienet tappoħja bi sħiħ partit politiku fl-apert. Xi membri mill-Każin kienu jħaddnu f’qalbhom partit politiku ieħor. Dawn il-membri provaw jieħdu f’idejhom il-Każin iżda wara li probabilment kienu inqas sew fin-numru tkeċċew wara ksur ta’ regoli tal-istatut. Saħansitra, dawn fetħu Banda oħra li għadna nsibu sal-ġurnata tal-lum. L-isem ta’ din il-Banda jaqra: “Circolo Sant’ Elena.”

Interessanti ferm nsibu li f’seduta importanti tas-soċjeta` għall-fini tal-istorja tal-baned Karkarizi tat-30 ta’ Marzu 1919, kien hemm persuna bl-isem ta’ Ignazio Sammut, li effettivament kien wieħed mill-funadaturi tac-“Circolo Sant’ Elena” li twaqqfet fl-istess sena, bagħat ir-riżenja tiegħu minn soċju u bandist, liema riżenja ġiet aċċettata mill-kumitat.

Interessanti aktar hija li fis-seduta tal-Kumitat tas-Soċjeta` tal-14 ta’ Mejju 1919, fil-minuti tas-Soċjeta` naqraw ukoll kif fuq proposta tas-Sur Vincenzo Theuma, l-istess Ignazio Sammut, flimkien ma’ żewġ persuni oħra, ġie milqugħ lura bħala soċju taċ-“Circolo Sant’ Elena di Filarmonica Duke of Connaught’s Own.”

>>> minuti 11 <<<



Ninnutaw ukoll li l-ewwel President tac-“Circolo Sant’ Elena” kien Carmelo Sammut fl-1920. Ironikament ftit jiem qabel ic-“Circolo Sant’ Elena” ġiet imwaqqfa, l-istess Carmelo Sammut kien għadu Soċju taċ-“Circolo Sant’ Elena di Filarminica Duke of Connaughts’s Own.”

>>> minuti 4 <<<

Fl-10 t’Awwissu 1919 inġiebet lura f’Birkirkara l-vara titular tal-Patruna Santa Liena. Il-vara ġiet indurata mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta u saritielha kuruna tal-fidda li nġabret fost il-poplu Karkariz u nħadmet mill-arġentier Emmanuel Farrugia tal-Furjana kif ukoll kien bandist fir-Reġiment tal-Miliżja. Il-vara nġiebet lura minn ħdejn l-Istażżjon tal-ferrovija sal-Knisja Kolleġġjata Elenjana u kienet akkumpanjata miż-żewġ Baned Karkarizi, Duke of Connaught’s Own u Sant’ Elena. Madankollu, ritratt partikolari li jinsab fis-sede tas-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own, jidhru biss l-istandardi u bandalori kollha tal-Banda Duke of Connaught’s Own. L-ebda standardi jew bandalori u bandisti tal-Banda Sant’ Elena ma’ jidhru f’dan ir-ritratt. Infatti, l-ewwel darba li tissemma b’isimha l-Banda Sant’ Elena fil-minuti tas-Soċjeta` tagħna hi fis-seduta tal-25 t’April 1920.

>>> santa liena l wied <<<

Servizzi tal-Banda f’dak iż-żmien kienu fil-Festa titulari ta’ Santa Liena, fil-festi sekondarji, San Pawl, San Ġużepp, Santu Kruċ, Madonna tal-Karmnu, Madonna tal-Erwieħ u Madonna tad-Duttrina li kienet tħabbatha sew mal-festa titular ta’ Santa Liena.

Fl-24 ta’ Settembru 1922, l-eks membri f’Detroit irregalaw standard lis-soċjeta` bl-istemma ta’ Detroit. Servizza barra r-raħal, il-Banda kienet tmur fil-festa ta’ San Bartilmew fil-Għargħur, fil-festa ta’ Santa Marija f’ Ħ’Attard, fil-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, fil-festa ta’ Santa Margerita u l-Kunċiżżjoni ta’ Bormla.

F’Novembru tal-1923, il-President tas-Soċjeta` l-avukat Francesco Buhagiar laħaq Prim Ministru ta’ Malta. F’isem il-Partit Nazzjonalista ta’ Panzavecchia (UPM).

>>> Francesco Buhagiar <<<

L-ewwel mawra tal-Banda Duke of Connaught’s Own kienet bejn il-11 u l-15 ta’ Settembru 1926 fil-belt ta’ Katanja ġewwa Sqallija fejn anka ġiet irregalata standard bl-istemma tal-belt ta’ Katanja mir-residenti tal-belt ta’ Katanja.

It-tieni mawra tas-Soċjeta` barra minn xtutna kien fis-7 ta’ Settembru 1930 ġewwa Noto fi Sqallija għall-festa ta’ San Corrado. Il-banda għamlet marċ fl-għaxra ta’ filgħodu u mmarċjat għall-ewwel darba b’pass mgħaġġel stil militari.

Avvenimet importanti għas-soċjeta` kif ukoll għall-Birkirkara kien il-wasla tal-qanpiena l-kbira fis-17 ta’ Jannar 1932. Iż-żewġ baned Karkarizi akkumpanjaw il-qanpiena l-kbira minn Fleur De Lys sa fuq iż-żuntier tal-Kolleġġjata.

>>> qanpiena l kbira <<<

Xi ħaġa nteressanti u ta’ kurżita` hija minn fejn ġie l-laqam “TAL-GĦAMA” lis-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own. Surmast li taż kontribut kbir lis-Soċjeta` kien Mro. Francesco Xuereb. Jidher illi dan is-surmast kien iħobb jilbes in-nuċċali tax-xemx waqt xi marċ u saħansitra fi programmi mużikali. Dak iż-żmien, in-nuċċali ma’ kienx daqshekk moda li jintlibes, ħlief għal persuni neqsin mid-dawl. Dan għalkemm hemm min jgħid li Mro Francesco Xuereb magħruf ukoll bħala “Ċikku l-Mażuk” kien nieqes mid-dawl u x-xemx qawwija speċjalment fil-Purċissjoni ta’ Santa Liena kienet tweġggħu u ddejqu. Għaldaqstant il-Banda ħadet il-laqam: “TAL-GĦAMA’” Jingħad li dan il-laqam oriġina fl-ewwel snin tal-eżistenza tal-Banda Sant’ Elena u jista’ jagħti l-każ li kienu l-partitarji ta’ din il-banda stess li bdew jirreferu għall-Banda Duke of Connaught’s Own bħala “Tal-Għama”.

>>> Mro Francesco Xuereb <<<

Bejn l-1937 u l-1949, il-Festa esterna ta’ Santa Liena ma baqgħetx issir minħabba l-kwistjoni tal-Guspatronat. Fl-istess sena, 1937, il-Każin reġa’ ċċaqlaq minn Pjazza Sant’ Elena għall-palazz li tinsab fiħ fil-prezent fi Triq il-Wied. Kien il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 1937 meta ħalliet is-sede tagħha fi Pjazza Sant’ Elena u b’marċ brijjuż niżlet il-Wied fejn tinsab illum. Fl-1940, inħadem l-Arkivvju tas-Soċjeta`,kapulavur ta’ Pietru Muscat.

Il-Każin tal-Wied barra li serva bħala Każin tal-Banda, fi żmien il-gwerra serva bħala rifuġju wkoll.

>>> santa liena wied <<<

Avveniment li ħadet sehem fiħ il-Banda flimkien mal-Banda l-oħra Elenjana kien fl-għoti tal-“George Cross” billi esegwiet programm mużikali fil-15 t’April 1942. Dakinħar, iddebutta mal-Banda Anthony Sultana jew kif nafuh aktar bħala: “Ninu.” Kellu biss disa’ snin u nofs. Maż-żmien, huwa sar l-aktar bandist li dam idoqq għall-Banda Duke of Connaught’s Own. Barra minnhekk, kien hemm ukoll membru fil-Kumitat Ċentrali għal diversi snin u għadu jgħin b’mod volontarjat lill-Banda.

Il-Ħadd 19 ta’ Novembru 1944, l-istatwa tal-Immakulata Kunċiżżjoni u l-kwadru tagħha nkurunat reġgħu ittieħdu lura Bormla, wara li kienu miżmuma fil-Kolleġġjata ta’ Birkirkara matul il-Gwerra. Fiħ ħadet sehem il-Banda Duke of Connaught’s Own u l-Banda Sant’ Elena. Ta’ min isemmi li l-pellegrinaġġ għadda mill-Wied quddiem is-sede tas-Soċjeta'.

Wieħed mis-surmastrijiet popolari f’pajjiżna huwa l-Magġur Anthony Aquilina. Fl-1 t’Ottubru tal-1945 inħatar Surmast tal-Banda Duke of Connaught’s Own Mro. Anthony Aquilina, dak iż-żmien kien għadu Kaptan. Huwa ndirizza lill-membri waqt seduta hekk:

“Bħalma forsi tafu intom, ġa kelli offerti oħra ma’ banda oħra bi preżż ogħla, imma billi jiena ġejt infurmat li l-banda tagħkom hija waħda mill-aħjar u anki s-soċjeta` kollha hija ta’ first grade, jiena ddeċidejt li nagħżel il-banda tagħkom. U jien biex nurikom illi jien nixtieq niġi magħkom, u billi naf ukoll li intom sejrin tagħmlu saġrifiċċju kbir rigward is-salarju tiegħi ta’ £20 fix-xahar, jiena hawn lest biex nagħtikom xahar fis-sena gratis; agħżlu dan ix-xahar li tridu intom.”

>>> maggur aq <<< >>> maggur marc <<<

Is-26 ta’ Settembru 1948, il-planċier il-ġdid tas-soċjeta` ġie armat għall-ewwel darba għall-wiri fil-Ġnien l-Argotti fil-Furjana waqt fiera organizzata mis-Soċjeta`. Eżattament ġimgħa wara, fit-3 t’Ottubru ġie inawgurat fi Pjazza Sant’ Elena.

Il-Festa esterna reġgħet saret nħar it-3 ta’ Mejju 1950. Il-vara artistika ta’ Santa Liena kapulavur ta’ Salvu Psaila, ġiet milquha fil-bieb tal-Kolleġġjata miż-żewġ Baned Karkarizi fost il-ferħ u entużjażmu tal-Karkarizi.

>>> Santa Liena zewg baned <<<

Fl-istess sena seħħet ġrajja mill-aktar kerha mhux biss għas-soċjeta` iżda għall-Karkarizi kollha. Din kienet it-traġedja tal-kamra tan-nar Sant’ Elena. Din it-traġedja ħalliet mejta tliet vittmi partitarji tas-soċjeta`.

Ġurnata mportanti fl-istorja ta’ pajjiżna u anki fl-istorja tas-Soċjeta` hija l-21 ta’ Settembru 1964, Jum l-Indipendenża ta’ pajjiżna. Il-Banda Duke of Connaught’s Own kienet ikkummissjonata biex ġurnata qabel jum l-Indipendenża, filgħaxija tagħmel marċ fil-Furjana u wara programm mużikali.. Dan il-programm ittella’ quddiem il-ġnien tal-Mall, fejn kien hemm il-monument tal-Gran Mastru Vilhena, u li llum minfloku nsibu fil-fatt il-monument tal-Indipendenża. Dakinħar, ftit passi bogħod minn fejn saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Indipendenża, il-Banda Duke of Connaught’s Own kitbet l-istorja. Dan għaliex għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, il-Banda temmet is-servizz tagħha bid-daqq tal-Innu Ingliż, magħruf bħala l-“God Save The Queen.” Dan l-innu kien jindaqq minn kull banda fi tmiem kull programm mużikali, u issa bl-għoti tal-Indipendenża, ħadlu postu l-Innu Malti. Il-Banda Duke of Connaught’s Own, b’mod uffiċċjali kienet l-aħħar banda Maltija li daqqet il-“God Save The Queen” bħala l-innu uffiċċjali f’pajjiżna. Dan l-avveniment storiku ġie dokumentat u nħareġ ċertifikat għal din l-okkażżjoni daqstant speċjali. Ħamsa u għoxrin sena wara, il-“British Culture Association” ikkummissjonat pittura ta’ John Baldacchino ta’ dan l-avveniment imsemmi. Din il-pittura għadha sal-lum tinżamm b’għożża u kburija fis-swali tas-sede tas-Soċjeta`.

>>> Indipendenza Banda <<<

Fl-1965, is-Soċjeta` Każin Santa Liena, Banda Duke of Connaught’s Own għalqet il-mitt sena mwaqqfa. Ġiet inawgurata bandalora tal-Banda f’għeluq dawn il-mitt sena mit-twaqqif tagħha u ġiet imżanżna fil-marċ tat-“Te Deum.

>>> bandalora 100 <<<

Nħar l-Erbgħa 2 ta’ Jannar 1968 ħalla din id-dinja is-Surmast Direttur tal-Banda Mro. Carmelo Brincat fl-eta` ta’ 71 sena u postu ħadu ibnu stess, Mro. Emmanuel Brincat. Fl-1971, l-onorevoli avukat Joseph M. Fenech laħaq President tas-Soċjeta` u dam f’din il-kariġa sal-2005 meta mar jiltaqa’ mal-Mulej.

F’Mejju tal-1977, is-Surmast Emmanuel Brincat irreżenja mill-kariga tiegħu u postu ħadu Mro. Andrew Coleiro. Is-Surmast Coleiro hadem hafna ghall-avvanz tal-Banda u bla dubju jibqa’ msemmi għar-repertorju kbir ta’ marċi brijużi u melodjużi li jpaxxu l-widna. Fost dawn insibu: Karmar, Magnus, El Sombrero, Nikita, Queen of Queens, Millenium, La Vincitrice, Agrigento, Standard Ahmar, The Victorians, Aħmar u Isfar, Anniversarju u ħafna oħrajn.

>>> Andrew Coleiro <<<











Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Mro. Tommaso Galea 1865 1893
02 Mro. Antonio Micallef 1894 1897
03 Mro. Chev. Raffaele Ricci 1898 1903
04 Mro. Ġiuseppe Tufigno 1904
05 Mro. Salvatore Mallia 1905 1906
06 Mro. Chev. Alfred P. Hare 1907 1910
07 Mro. Ferdinando Camilleri 1911
08 Mro. Francesco Xuereb 1912 1914
09 Mro. Vincenzo Costa 1915 1918
10 Mro. Francesco Xuereb 1919 1935
11 Mro. Filippo Ciappara 1936 1945
12 Maġġur Anthony Aquilina 1946 1956
13 Mro. Carmelo Brincat 1957 1967
14 Mro. Emanuel Brincat 1968 1976
15 Mro. Andrew Coleiro 1977 2008
16 Mro. Roderick Bugeja 2008 2017
17 Mro. Auerlio Belli 2017

Presidents

No Presidents From Until
01 Costantino Fenech 1883 1897
02 Oro. Francesco Briffa 1898 1901
03 Dr. Alfred Parnis LL.D 1902 1914
04 Dr.Tommaso Fenech LL.D. 1915 1919
05 Dr.Francesco Buhagiar LL.D. 1920 1923
06 Alfons Cauchi 1924 1934
07 Dr.Edgar Buhagiar LL.D. 1935 1947
08 Karm Mizzi 1948 1949
09 Dr.William Buhagiar LL.D. 1950
10 John Micallef 1951
11 Dr.Alfred Laferla M.D. 1952 1954
12 Dr.Paul Borg Olivier M.D. 1955 1956
13 Dr.Joseph Fenech LL.D. 1957 1958
14 Dr.Paul Borg Olivier M.D. M.P. 1959 1972
15 Dr.Joe M. Fenech LL.D. M.P. 1973 2005
16 Dr.Crmelo C.Chircop B.A. LL.D. 2005 2015
15 Dr.Christopher J. Micallef B. E.D Hons 2016

Secretaries

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Mario Meli 2015
02 Frederick Zammit 2016

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Duke Of Connaught's Own Band - Maltese Popular Marches (1989) - Mall-Briju Elenjan - Duke of Connaught's Own Band, Birkirkara (1989) 1989 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi -Maltese Popular Marches (1998) - Il-Festa Maltija - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 1998 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Lejliet it-Tielet Millenju (1999) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 1999 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Bis-Salib Int Irbaħt (2003) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2003 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi (2005) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2005 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi (2009) (Annual Concert 2009) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2009 *
07 Festive Marches - Marċi Brijużi (2011) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2011 *
08 Festive Marches - Marċi Brijużi (2015) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2015 *
09 Festive Marches - Marċi mill-Arkivju (2015) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2015 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Akkademja Vokali u Strumentali fl-okkażjoni ta' l-1675 Anniversarju mill-Glorifikazzjoni tal-Padruna Tagħna Santa Liena (2003) - Duke Of Connaught's Own Band Birkirkara 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links