Difference between revisions of "Domenic Aquilina"
(Included Page: Domenic Aquilina) |
(No difference)
|
Revision as of 01:27, 29 July 2020
Domenic Aquilina Twieled fid-9 ta' Jannar, 1963. Ġej minn familja numejuza ta' disa t'aħwa minn minn hutu huwa Sunny Aquilina f'Bormla magħrufa bħala Tar-Ratal.
Duminku kif bosta isibuh huwa manager tal-mastrudaxxi fil-korporazzjoni tal-ilma. Minn dejjem kellu għal qalbu l-kultura bmod speċjali l-ispetakklu, fejn f'żgħożitu kellu diversi gruppi taż-żfin bħal Duodomanda, Red Breakers u Da Team Dancers. Duminku kien żeffien, ġinasta u koregafu ta'diversi 'musicals' f'beltna fosthom Ulied l-immakulata apparti li ħa sehem f'diversi Musicals fost dawn Ġensna u Bastilja.
Rebaħ darbtejn. 'Champion' ta' Malta tal-ġinastika kif ukoll 5 darbiet champion ta' Malta fil -kategorija Disco u prezenta lil 'Malta world championships' fil-Germanja kif ukoll fil Libja, Italja u diversi pajjizi oħra.
Ħa sehem fil-film Maltageddon u Malta force kif ukoll jieħu sehem fit-teleserje Klassi Għalina u l-Ispettur Bonnici bħala Attur.
Jipprezenta programm fuq Radju Malta. Duminku huwa l-PRO tal-Bormla Subbuteo Club.
Duminku huma miżżewweġ u għandu żewġ ulied