Dion Buhagiar

From M3P
Revision as of 13:30, 5 January 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Dion Buhagiar)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Dion Buhagiar twieled fil-lokal tas-Siġġiewi nħar it-30 t’ Ottubru, 1944. Huwa ġej minn familja ta’ bin il-ħaddiema, familja numeruza ta’ Tnax il-wild li kienu, Nick li jgħix l-Awstralja, Dion, Sr. Clementina, Angelo li miet fil 31 ta’ Jannar 2020 f’ Sydney, Salvu, Ewsebio (il-fundatur) tas-Siġġiewi Festival Brass Band & Social Club li wkoll ħalliena fl-2017, Joe, Margaret, Nazzareno, Daniel Buhagiar magħruf bħala għalliem u kummentatur Sportiv, u t-tewmin Paul Buhagiar magħruf bħala kantant u Doris.

Huwa ħa l-edukażżjoni tiegħu fis-Seminarju Minuri u Magguri u l-Universita ta’ Malta. Huwa kompla aktar studji tiegħu fl-mużika b’mod professjonali fir-Royal College of Music f’Londra bejn 1968-1970 fejn iggradwa bl-ARCM fl-orgni (l-ewwel Malti li għamel hekk f’dan l-istrument).

Bejn l-1974-1979, Dion Buhagiar qara għall-Mus. Bac. u B.Ed. gradi fil-Fakultà tal-Mużika u l-Fakultà ta'l-Edukazzjoni, rispettivament, ta' l-Università ta' Toronto, il-Kanada. Kien hawn li ltaqa' ma' wħud mill-aqwa kompożituri, artisti, u diretturi Russi - li ġew biex jibdew ħajja ġdida fid-dinja ħielsa. Kien ukoll hawn li pperfezzjona l-istudji tal-orgni tiegħu mal-Prof. Douglas Bodle li kien speċjalista barokk kemm bħala espert kontinwu kif ukoll bħala interpretu Internazzjonali tar-repertorju barokk, speċjalment, J.S. Bach.

Fl-1970 huwa okkupa l-kariga ta’ organista fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Kien ukoll kap tal-kor fit-Teatru Manoel (1979-1983) u fundatur tal-Collegium Musicum.

Matul l-1985-1988, Dion Buhagiar kiseb il-grad ta’ Master of Music fuq borża ta’ studju tal-Commonwealth fl-Università ta’ Western Ontario, Londra, il-Kanada. Hawnhekk kompla jispeċjalizza fit-Teorija u l-Kompożizzjoni, l-Iskola tat-Tmexxija ta’ Saito, l-Opera ta’ Mozart, u l-Interpretazzjoni tal-Organi fuq l-Orga Barokka b’3 pedali u manwali (l-istess disinn bħall-orgni JS Bach Leipzig) li kienet disponibbli f’ waħda swali tal-kunċerti fil-Fakultà tal-Mużika. Fl-1994 inħatar professor assoċjat u koordinatur ta 'l-istudji tal-mużika fl-Universita ta’ Malta.

Meta ħuh Eusebio Buhagiar kien ipprova li jarma banda oħra fis-Siġġiewi kien Dion li ħajru li l-banda tkun differenti mill-oħrajn kollha fejn tkun aktar ibbazata fuq strumenti tar-ram, u b’hekk twieldet il-banda Siġġiewi Festival Brass Band & Social Club. Eventwalment il-banda kienet ġiet imwaqfa propju fil-31 ta’ Diċembru, 1986 u kienu bdew bil-kbir meta kienu taw kunċert sabiħ fil-lukanda Phoenicia, fejn Maestro Buhagiar dam snin twal jidderieġi hu il-banda bl-għajnuna ta’ l-assitent tiegħu Mro. Paul Busuttil li kien u għadu jagħllem lill-diversi allevji sal-lum.

Fl-1997-2000 Dion Buhagiar ħadem fuq proġett mużikoloġiku għall-PHD tiegħu (mal-professur Floyd Grave ta Rutgers University, New Jersey, USA li hu speċjalista fil-mużika tat-tmintax il-seklu) fuq it-Trattati Kompożizzjonali teoretiċi tal-kompożitur klassiku Malti, jiġifieri, il-Musico Pratico ta’ Francesco Azopardi (1748-1809). Dion Buhagiar huwa professur tal-mużika u kien attiv fl-Università ta’Malta għal aktar minn 30 sena u Kap tal-Programm tal-Istudji tal-Mużika għal aktar minn 15-il sena. Bħalissa huwa wkoll il-Maestro di Cappella Emeritus tal-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina u l-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn huwa wkoll kien l-organista prinċipali.

Bħala Maestro di Cappella, Dion Buhagiar ikkompona numru kbir ta’ xogħlijiet liturġiċi għas-servizzi innumerabbli fiż-żewġ katidrali Maltin bħal Quddies, Salmi, Motets, Te Deum u settijiet sħaħ ta’ Għasar. Huwa kkompona wkoll erba’ Oratorji fuq skala kbira (li minnhom mexxa tlieta f’wirjiet pubbliċi, fosthom l’ Oratarju Kristu Sultan fuq kliem ta’ Oliver Friggieri; San Nikola fuq kliem ta’ Profs. Joe Friggieri u Juxta Crucem fuq kliem ta’ Frans Sammut. Fl-1989 Buhagiar ikkompona l-kantata ‘Il-Għanja tar-Rebħa’ fuq kliem ta’ Dun Karm Psaila fl-okkazjoni ta’25 sena Anniversarju mill-kisba ta’ l-Indipendenza.

Ix-xogħol tiegħu O Bone Jesu kien ukoll inkluż f’kompostizzjoni ta’ CD ta’ kompozituri maltin, filwaqt li xogħol ieħor tiegħu li jinsab fuq CD hija Fantasia fuq Il-Kitarra.

Fl-2012-13 huwa kkompona Opera jiġifieri Il-Ħarsa ta 'Ruzann fuq id-dramm ta' Francis Ebejer.

Mro. Dion Buhagiar huwa miżżewweġ lill Vivienne nee’ Said, li fl-1975 kellhom wild wieħed, Dion Jnr. imwieled il-Kanada, u illum miżżewweġ lil Clarette u għandhom, żewġt ulied, Sebastian u Alexander li twieldu f’ 2003 u f’ 2006 rispettivament.