Christopher Muscat

From M3P
Revision as of 15:41, 23 October 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Christopher Muscat)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Christopher Muscat twieled fis-7 t’ Ottubru, 1977 fis-isptar Militari tal-Imtarfa. U huwa t-tieni wild ta’ Paul u Margaret, née Cuschieri. Trabba fil-Mosta u meta iżżewweġ mar joqgħod in-Naxxar.

Ta’ età żgħira beda jistudja l-vjolin imbagħad il-klarinett u aktar ’il quddiem il-vjola. Huwa studja l-mużika f’livell avvanzat fl-Università ta’ Malta fejn kiseb Bachelor of Arts (Hons) fl-istudji mużikali. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Surrey ġewwa l-Ingilterra fejn kiseb l-unur prestiġjuż ta’ Master of Music with distinction bi speċjalizzazzjoni fil-kompożizzjoni, direzzjoni orkestrali u direzzjoni korali.

Muscat rebaħ l-ewwel premju fil-kompetizzjonijiet Joyce Dixey (Ingilterra) fis-sena 2000, Jaume Dotras Serrabella (Spanja) fl-2006 u APS Bank (Malta) fis-sena 2012. Ix-xogħlijiet tiegħu ġew esegwiti f’bosta ċentri tal-mużika importanti fl-Ewropa, fl-Afrika, fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti fi swali prestiġjużi bħal ma huma il-Philharmonie ta’ Berlin, is-Shangai Oriental Arts Centre u s-Sala l-Kbira tal-Konservatorju ta’ Moska.

Bħala direttur, Christopher Muscat kien determinanti sabiex jerġgħu jibdew jiġu esegwiti x-xogħlijiet tal-kompożitur romantiku Malti Paolino Vassallo filwaqt li dderieġa diversi xogħlijiet ġodda ta’ kompożituri kontemporanji għall-ewwel darba. Muscat huwa rinomat għad-direzzjoni ċara tiegħu u matul is-snin ħadem ma’ diversi orkestra, korijiet u artisti ta’ fam internazzjonali kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Muscat huwa attiv ħafna fil-qasam tal-mużika sagra. Ilu mill-2004 jokkupa l-kariga ta’ Direttur Mużikali tal-Kor Jubilate Deo u mill-2018 Maestro di Cappella tal-Katidral Metropolitan. Huwa idderieġa diversi okkażjonijiet speċjali kemm f’Malta kif ukoll fil-Katidral ta’ Westminster f’Londra u l-Bażilika ta’ San Pietru ġewwa l-Vatikan.

Għal bosta snin huwa għallem il-mużika fl-Università ta’ Malta u l-mużika sagra fis-Seminarju tal-Arċisqof, kien id-direttur tal-kor għall-opri li kienu jittellgħu fit-Teatru Manoel u bħala direttur fundatur ta’ VOCALISE dderieġa għadd ta’ produzzjonijiet kompletament magħmula minn talent żagħżugħ Malti. Kemm-il darba kien mistieden bħala membru tal-ġurija f’kompetizzjonijiet vokali, strumentali u ta’ kompożizzjoni internazzjonali u sal-2017 kien jokkupa l-karigi, l-ewwel, ta’ Direttur Artistiku u, wara, President tal-Malta International Choir Festival.

Christopher Muscat huwa miżżewweġ lill-pjanista u arpista Caroline Calleja u għandhom tifel, Luke.