Celaine Buhagiar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Celaine Buhagiar

Celaine Buhagiar twieldet fl-Isla fil-25 t’ Ottubru,1978. Producer, ko-ordinatriċi u direttriċi ta’ l-iskola taż-żfin.

Hija irnexxiela żżewwaq b’mod tajjeb il-karriera tagħha. Taħdem bħala Producer u ko-ordinatriċi tal-programmi tar-radju ta’ l-Universita ‘Campus FM’ u hija wkoll direttriċi ta’ l-iskola taż-żfin Dancel Dance Studio, imma ovvjament dan kollu ma ġiex mix-xejn għaliex it-triq biex waslet s’hawn kienet twila mhux ħażin u mhux dejjem faċli.

Celaine tgħid li l-qofol ta’ kollox fil-karriera tagħha bla dubju huma ommha u missierha li l-għajnuna tagħhom kienet kbira. Is-support tagħhom għadu b’saħħtu sal-llum il-ġurnata. L-iskola minn dejjem kienet għal qalbi, u l-esperjeza fl-iskola primarja tal-gvern ta’ l-Isla kif ukoll meta mxejt għal iskola privata St.Joseph kienu esperjenzi li jiffurmawlek il-pedament tal-karattru tiegħek. Ma jfissirx li kollox ikun ward u zahar għaliex li tikkombina l-istudju maż-żfin mhux dejjem kien faċli l-aktar fil-livell universitarju.

Esperjenza kerha li għaddejt minnha meta kont qed nagħmel l-eżamijiet ta’ l-o levels kienet il-mewt tan-nannu tiegħi li miet hekk ħabta u sabta. Kienet l-ewwel mewt li ġarrabt ta’ xi ħadd qrib tiegħi ħafna u nammetti li ma’ kinitx faċli, għaliex kien proprju l-persuna li ressaqni lejn it-teatru u l-palk billi kien jirreċta ma’ kumpannija tad-drama fl-Isla li aktar tard jien ukoll sirt parti minnha. Ma kontx naf x’jiġifieri li titlef lil xi ħadd għażiż tiegħek bħal ma’ kien in-nannu għalija, imma l-ħajja hija dik li hi u minn dak iż-żmien ‘l hawn bdejt insir napprezza aktar lil dawk ta’ madwari għaliex meta titlifhom tkun taf x’kienu ifissru għalik.


Il-fatt li tkun mill-Isla bħalma hija Celaine mhux dejjem hija faċli għaliex l-istigma lejn in-nies ta’ Nofsinħar f’dan il-pajjiż sfortunatament għadna ma ħriġniex minnha. Madanakollu minkejja l-kummenti li taqla xi darba jew oħra, Celaine tistqarr li l-Kottonera hija għal qalbha ħafna. Ma nimmaġinaniex ngħix x’imkien ieħor, mhux għax huwa l-uniku post li joġobni, imma għax ta’ madwarek, il-ġirien u l-kultura jsiru wkoll qishom parti mill-familja tiegħek.

Niltaqa ma’ kull livell ta’ nies, dawk b’edukazzjoni, oħrajn le..jien nħares lejn il-ġewwieni ta’ persuna u mhux lejn dak li taf jew ma tafx tagħmel. Nies li jiġġudikaw il-qoxra ta’ barra jew nies negattivi li jmaqdru kull ħaġa li jaraw idejquni ħafna’. Il-ħidma għal xi żmien ma’ grupp ta’ żgħażagħ Sengleani kienet esperjenza pozittiva kif ukoll is-snin twal fejn iffurmajt parti mill-kor tal-parroċċa. Il-volontarjat ukoll huwa għal qalbi u meta kont fil-kor kont inqatta ħinijiet twal mat-tfal ta’ l-isitut jew nagħmel xogħol volontarju f’xi dar ta’ l-anzjani. Dawn l-esperjenzi ma’ dawn iż-żgħażagħ oħra bħali Sengleani kollha jħallu timbru fuqek b’xi mod jew ieħor. L-esperjenzi pozittivi jikbru miegħek filwaqt li dawk li mhumiex daqstant sbieħ ma tarmihomx iżda titgħallem minnhom. Dan hu l-motto tiegħi.

Flimkien ma’ tim ta’ produzzjoni, lura fis-snin, Celaine kienet iddeċidiet li tagħmel proġett għal belt ta’ l-Isla. Dan kien produzzjoni ta’ dvd dwar iċ-Ċitta invikta-proprju l-belt ta’ l-Isla.

Dokumentarju ta’ tlett kwarti miktub minnha stess li permezz ta’ viżiv mill-isbaħ ġie prodott f’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali ta’ l-Isla.’ Bi pjaċir ngħid li huwa dvd li intlaqa tajjeb ħafna, għaliex joħroġ kull aspett tal-ħajja fl-Isla kemm dik passata kif ukoll tal-llum il-ġurnata. Kien proġett ieħor li għamilt minn qalbi u nemmen li dan ix-xogħol għandu jkun fid-dar ta’ kull senglean għaliex hemm miġbur fih l-istorja ta’ l-isla u hemm ħafna tagħrif interessanti b’mod partikolari li għandu joqlot liż-żgħażagħ li forsi l-istorja ta’ belthom ma jafuhiex daqstant.’

Kif jixhed dan id-dvd, Celaine għandha għal qalbha ħafna l-media u l-kommunikazzjoni u għalhekk bejn ix-xogħol fuq ir-radju kif ukoll bħala għalliema taż-żfin irnexxiela tikkumplimenta flimkien żewġ affarijiet li sa minn eta żgħira kienu jberrnu f’moħħa. Celaine studjat għal 4 snin għal B.communications (Hons) degree fl-Universita ta’ Malta u kien propju hawnhekk li iddeċidiet li taqbad il-linja radjofonika fejn għadha taħdem hemmhekk sal-ġurnata tal-llum.

Celaine Buhagiar

Kemm ilha, Campus FM, Celaine Buhagiar irnexxiela tikseb tlett premjijiet għal aħjar programmi tar-radju, mogħtija mill-awtorita tax-xandir f’Malta. Dawn kienu jinkludu programmi għat-tfal kif ukoll dawk sportivi. ‘Huwa achievement importanti meta l-awtorita tax-xandir tippremjak għal produzzjonijiet tiegħek u inħossni onorata li l-programm tiegħi laħqu dan il-livell. Ovvjament trid tkompli tistinka u tuza l-kreattivita tiegħek biex itejjeb il-livell u tattira s-semmiegħa tal-programmi’.

Tistqarr li ma’ tiddejjaq xejn tesplora kampijiet ġodda apparti r-radju u ż-żfin għaliex dan l-aħħar bdiet ukoll tkun involuta fi produzzjonijiet televizi fejn il-vuċi tagħha bdiet tikseb popolarita f’bosta programmi. Celaine Buhagiar tikteb ukoll ghat-televizjoni Fil-fatt hija l-iscriptwriter tas-sensiela dokumentattiva li tirriċerka l-ġbid ta’ films f’pajjizna, Pellikola li tintwera fuq l-istazzjon Nazzjonali.

Apparti x-xogħol tar-radju u t-televizjoni, kif għedna aktar kmieni, Celaine għandna għal qalbha wkoll il-karriera taż-żfin li bdiet fl-eta tenera ta’ 3 snin. Bħal kull tifla oħra ta’ dik l-eta’ it-televiżjoni kienet tħobbu b’mod speċjali meta jkun hemm xi varjeta ta’ żfin jew xi film muzikali. Tistgħu timmaġinaw tara l-film kbir ta’ Julie Andrews The Sound of Music, xi tlett darbiet f’ġurnata waħda!! għax Celaine hekk kienet tagħmel. Arha imsammra mat-televiżjoni u bis-saqajn u swaba ċkejkin tagħha tħoss il-muzika u tagħmel l-ewwel movimenti.

Il-ġenituri tagħha kienu ta’ spiss josservjaw dan, sakemm ġurnata minnhom iddeċidew li jaraw din il-ħajra li Celaine kellha għaż-żfin kinitx minnha, u hawnhekk fejn ħaduha l-iskola taż-żfin ta’ Pippa Gee fejn damet għal xejn anqas minn 15–il sena.

Studjat ġeneri differenti taż-żfin fosthom il-ballet klassiku, il-modern disco u l-freestyle, it-tap, żfin cabaret kif ukoll il-ballroom u l-Latin American. Sa minn eta ċkekjna dehret ukoll fi programmi televizivi tat-tmeninijiet fosthom Qawsalla u Bonġu Malta. Fis-sena 1996, Celaine kisbet kwalifikazzjoni professjonali bħala għalliema taż-żfin. Sadanittant kompliet titħarreġ u tistinka sakemm fl-1999 kisbet it-titlu tal-Professional Latin champion, kampjonati li kienu saru f’pajjizna bejn professjonisti li jgħallmu l-ballroom u l-latin American f’pajjizna.

Fl-1998 twaqqfet l-iskola Dance 2000 fejn aktar tard proprju f’Ottubru tas-sena 2005 Celaine waqqfet l-iskola Dancel fil-Fgura li illum tlaħħaq xejn anqas minn 120 student u studenta. Ix-xogħol fl-iskola huwa dejjem għaddej, li jinkludi fost l-oħrajn spettakli teatrali, xogħol fuq it-televizjoni kif ukoll kompetizzjonijiet. Matul dawn is-snin it-timijiet tagħha dejjem kisbu premijiet prestiġġjużi fosthom ir-rebħ għal tliet snin konsekuttivi tal-Mediterranean Dance Championship li issir f’pajjizna. Matul is-snin, l-iskola DANCEL kellha wkoll iċ-ċans li tiftaħ avvenimenti prestiġjużi kbar f’pajjizna bħal Malta Tv Awards, l-One Tribute Awards, il-Malta Sports Awards, kif ukoll il-Malta Song For Europe.

Celaine tieħu ħsieb ukoll li l-istudenti tagħha ikollhom l-aktar taħriġ aġġornat, għaldaqstant kull sena jsiru pjanijiet fejn numru ta’ studenti jitilgħu l-Ingilterra, proprju f’Pineapple Dance Studios f’Covent Garden, fejn hemmhekk iqattgħu ġimgħa ta’ taħriġ professjonali intensiv.

L-istudenti taż-żfin tiegħi huma għal qalbi ħafna. Qishom ħuti ż-żgħar, li qatt ma kelli. Nemozzjona ruħi ħafna meta narhom jiksbu premijiet u jtejbu l-livell tagħhom u dan itini ħafna kuraġġ għal aktar sfidi. Lil dawn iż-żgħażagħ trid tifimhom u ma tkunx għalliema taż-żfin biss għalihom, imma xi kultant spalla fejn huma jistgħu jserrhu. Iż-żgħażagħ għandhom ħafna talent u meta jsibu inkorraġiment u gwida tajba jafu jipromettu tajjeb ħafna. Niltaqa ma żgħażagħ li s-self esteem tagħhom ikun baxx, u hekk kif jibdew jitħarrġu u jaħdmu fi grupp bħalma ma jiġri fi grupp ta’ żeffiena, tara kambjament sostanzjali fihom, rabbu l-kunfidenza, jieħdu l-inizjattiva, anki l-ġenituri ikunu kuntenti b’dan il-kambjament…dan huwa sodisfazzjon kbir fil-karriera tiegħi.

Hemm lat ieħor fil-karattru ta’ Celaine li forsi ftit jafuh. Minkejja li taħdem fil-qasam tar-radju u fl-ambjent xi ftit jew wisq storbjuz taż-żfin, Celaine tippreferi muzika rilassanti fejn il-kompozitur favorit tagħha huwa Ennio Morricone, kompozitur taljan li għadu għaddej bil-ħidma tiegħu sal-ġurnata tal-llum u li darba Celaine kellha wkoll l-opportunita li tintervistah f’Ruma. Il-kolleżżjoni muzikali privata ta’ Celaine filfatt tkopri bosta albums ta’ dan il-kompozitur ta’ muzika għaċ-ċinema. Il-muzika tal-films inħobbha ħafna. Ħafna drabi muzika mill-film Gladiator, Pearl Harbour, Mission impossible u ħafna oħrajn sabu ruħhom fil-koreografiji tiegħi.

Celaine għandha għal qalbha ferm il-familja tagħha, u tistqarr li mingħajr s-support u l-inkorraġiment li jagħtuha kontinwament żgur li ma waslitx s’hawn fil-karriera. Pierre Bugeja ir-raġel tagħha, ukoll huwa ta’ support kbir f’dak kollu li tagħmel Celaine u li kieku ma jkunx għal dan it-tip ta’ support kieku żgur l-affarijiet jkunu ħafna aktar diffiċli.

Minhabba x-xogħol tiegħi ġieli jkun hemm ġranet fejn ma tantx inqatta ħin mal-familja tiegħi u din hija xi ħaġa li tkiddni ħafna.

Huwa sagrifiċċju meta trid tiċċaħħad minn dawk li huma għeżież għalik u minn mal-persuna li tħobb biex tkompli bix-xogħol tiegħek, għalhekk kull ftit ħin liberu li jkolli nagħmel minn kollox biex inqattugħ flimkien.

Celaine għandha ħafna għal qalba is-safar li huwa l-uniku passatemp fil-ħajja mgħaġġla tagħha, tant hu hekk li ssiefer spiss. Kellha ċ-ċans iżżur u dduq l-kulturi ta’ bosta pajjizi fosthom t-Tajlandja u Singapore, l-Awstralja, ċ-Ċina u l-Indja u bosta pajjizi u bliet Ewropej.