Carmelo Scicluna

From M3P
Jump to navigation Jump to search
STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Carmelo Scicluna twieled f’ Ħal Qormi nħar il-25 ta' Lulju 1903, iben Carmelo u Marianna Camilleri.

Ta' 10 snin beda l-istudji mużikali taħt il-gwida ta' missieru stess, mużiċist akkanit u ftit xhur wara beda jdoqq l-istrument 'Quartino in mi bemol' mas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ta' Ħal-Qormi.

Fl-1916 kompla bl-istudji tiegħu taħt is-Surmast Giuseppe Abdilla fejn tħarreġ fl-armonija u l-kontrapunt. Kien f' dan il-perijodu li kiteb l-ewwel kompożizzjoni, l-Marcia Funebre Venerdi Santo.

Fl-1920 qabad il-linja . tat-tagħlim u ġew avdati f' idejh l-allievi tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan f’ Ħal Qormi, u ftit wara dawk tal-Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta' Ħaż-żebbuġ.

Sentejn wara beda fil-kariga ta' Surmast direttur u dderieġa għall-ewwel darba l-istess Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Fl-1923 sar ukoll Surmast direttur tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 ta' Ħal-Lija. Fis-sena ta' wara kompla l-istudji tal-istrumentazzjoni taħt is-Surmast Antonio Miruzzi u ftit wara ġab l-istrumentazzjoni tas-Surmast Alessandro Vessella.

Fl-1932 Maestro Antonio Miruzzi tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun irtira u floku inħatar is-Surmast Scicluna u hawn dam sal-1946. Matul dan iż-żmien mil-pinna tiegħu ħarġu diversi xogħlijiet.

Kien fl-1947 meta s-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895 talbet lis-Surmast Carmelo Scicluna biex jieħu f' idejh il-banda fejn dam għal madwar 17-il sena bħala direttur surmast sa l-1964.

Wara huwa xtaq jirtira iżda fost l-aħħar dehriet tiegħu fil-pubbliku insibuh jidderieġi l-Banda Nazzjonali ta' Malta fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-Kunċert Vokali u Strumentali tas-Sena li sar fis-26 ta' Diċembru 1964.

Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu nsibu "Capricci" għal strumenti diversi, Responsorji għall-Ġimgħa Mqaddsa, marċi funebri u brijjużi u l-‘’Innu tal-Madonna ta' Lourdes’’ għall-Banda, vuċijiet solisti u kor fuq versi ta' Dun Frans Camilleri li nstama' għall-ewwel darba 40 sena ilu.

ls-Surmast Carmelo Scicluna miet nħar it-8 ta' Jannar 1981, fl-età ta' 77 sena.