Carmelo G.Borg

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Is-Surmast Carmelo G. Borg twieled l-Imsida fis-17 ta’ Settembru 1925, iben il-mibkijin Spiridione u Ġiorġina Borg. Ta disa’ snin Carmelo beda jistudja l-arti mużikali taħt idejn is-Surmast Ġorġ Camenzuli. Lejn l-aħħar tas-sena 1961 Mro. Carmelo G. Borg ġie maħtur is-Surmast Direttur tal-Banda Prekursur. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa 1968 meta minħabba ħafna impenji li kellu f’ Malta kellu kontra qalbu iħalli lis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija. Tajjeb ngħidu ukoll li kien hu li ikkompona l-Innu t’ Qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann li għadu jindaqq sal-ġurnata tal-lum mill-Banda Prekursur.

Bejn 1953 u 1981 Mro. Carmelo G. Borg sar is-Surmast Direttur tal-Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira fejn mela l-Arkivju b' tant mużika minn tiegħu. Kien hu li ħareġ il-Banda ddoqq barra mill-Gżira. Fost ix-xogħlijiet kbar tiegħu insibu ‘l-Innu l-Kbir’ b’ kitba ta’ Patri Matthew Sultana OGM Cap, l-indaqq għal l-ewwel darba nħar is-Sibt, 7 ta' Lulju 1956. Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu insibu ukoll il-famuż marċ ‘Up the Maroons’ li nkiteb fl-1964 meta t-tim tal-Gżira United ġie promos għall-Ewwel Diviżjoni (Premiere tal-lum). Is-Surmast Carmelo G. Borg ikkompona wkoll l-Innu tas-Soċjetà bl-isem ‘Mount Carmel’.

Carmelo G. Borg kien ukoll Pesident ta’ din is-Soċjeta’ fl-1958.

Huwa reġa sar Surmast Direttur tal- Għaqda Mużikali Mount Carmel Gżira bejn 1990 u 1994.

Kien ukoll Surmast tas-Soċjeta Filarmonika Santa Venera fejn temm il-karriera tiegħu fis-sena 1996. Huwa kiteb diversi marċi reliġjuzi, funebri u brijużi. Huwa kiteb diversi biċċiet ta’ Mużika Sagra kif ukoll mużika sinfonika. Wara l-1996 huwa baqa jgħallem xorta waħda l-mużika lit-tfal li jibqgħu jiftakruh żgur għal l-imħabba u l-paċenzja li kellu kif jgħallem il-mużika.

Kien it-Tnejn 1 ta’ Diċembru 2008 tħabbret il-mewt ta’ Mro. Carmelo G. Borg. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei fl-eta ta 83 sena. Il-funeral tiegħu sar fil-jum ta’ l-Erbgħa 3 ta' Diċembru fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu il-Gżira.