Carmelo Ciantar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Carmelo Ciantar twieled il-Birgu nħar is-7 ta' Frar 1927. Ta’ 9 snin kien diġà beda jdoqq it-tamborlin mal-banda Duke of Edinburgh tal-Birgu. Illum magħrufa bħala Għaqda Filarmonika Prince Of Wales Own.

Fiż-żmien il-gwerra, meta l-familja tiegħu kienet refuġjata ż-[[Żejtun[[, mietu ommu u missieru, u hekk safa’ orfni ma’ l-erba’ ħutu bniet l-oħra. Dam jgħix għand iż-żijiet ta’ ommu ż-Żejtun sa ma kellu 17 il-sena. Huwa kompla trabba ma’ żijuh ġewwa r-Rabat, fejn kompla t-tagħlim tiegħu fil-każin tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru taħt is-surmast Vincenzo Ciappara. Dan is-surmast kien tal-parir li Carmelo jibda jitgħallem it-trumbun.

Wara l-gwerra, niżel joqgħod Bormla fejn kompla l-istudju tat-trumbun għand is-surmastrijiet Emanuel Cauchi u Francis Bellizzi. Huwa ħareġ idoqq mal-banda Bormliża fil-festa tal-Kunċizzjoni ta’ l-1946. Fl-1950 huwa daħal bħala bandist fl-RMA illum l-AFM. Taħt patri Albert Borg, Agostinjan, studja t-teorija u l-armonija mużikali u kkwalifika bħala mużiċista Grade A First Class.