Carmelo Aquilina

From M3P
Revision as of 05:47, 30 June 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Carmelo Aquilina)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Carmelo Aquilina twieled il-Qrendi nħar it-2 ta` Ottubru, 1891, iben Salvatore Aquilina u Josepha nee’ Spiteri. Fl-20 ta' Novembru 1926 iżżewweġ lil Carmela mwielda Magri, bint Filippo Magri, wieħed mill-fundaturi tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes.

Huma kellhom disgħat itfal. Beda l-istudji mużikali ta` età żgħira maż-żiju tal-mara tiegħu is-Surmast Nikola Magri, li kien il-fundatur tal-Orkestra Bellini u li wasslu biex jibda jdoqq il-kornu mal-istess Orkestra. Huwa kompla l-istudju tiegħu mas-Surmast Antonio Pace u s-Surmast Carmelo Zammit li t-tnejn kienu Surmastrijiet tal-Orkestra Bellini. Carmelo kien ukoll idoqq mal-banda tal-R.M.A.

Carmelo kien Direttur Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes bejn l-1916 u l-1957.

F`Ġunju 1942, il-Kumitat Eżekuttiv taħt il-presidenza ta` Dr. Ġużè Cassar approva t-twaqqif tal-Banda Lourdes u ħatar lil Mro. Michael Ciantar bħala l-ewwel surmast. Is-Sur Carmelo Aquilina, li kien jaf idoqq ħafna strumenti, għallem għadd kbir ta’ allievi ġodda kollha mill-Qrendi u bl-għajnuna tas-Surmast Ciantar flimkien irnexxielhom jibdlu l-Orkestra Bellini għall-Banda Lourdes, l-ewwel banda fil-Qrendi. Minn taħt idejn Carmelo Aquilina ħarġu diversi bandisti fosthom iż-żewġ uliedu Ġanni u Ġużeppi, Indrì Cassar tal-Gunner u Nikola Vella. Huwa jibqa` magħruf bħala l-Fundatur tal-ewwel Banda Qrendija, il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895. Fis-seduta tal-Kumitat tal-Ħadd 25 ta` Jannar, 1945, Carmelo Aquilina nħatar bħala l-ewwel `Chairperson` tal-Kummissjoni Banda. Soċjeta Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1985. minflok Lourdes Music Club.

Huwa ħadem bi sħiħ sabiex iżomm ħajja is-Soċjetà Filarmonika Lourdes u l-Venerabbli Konfraternità ta` Lourdes meta l-Festa ma kinitx issir. Kien huwa li fit-28 ta` April, 1956 kiteb lill- Arċisqof ta` Malta dwar it-traskuraġni li kien hemm fil-kamra tal-armar tal-Konfraternità u t-teħid ta` parametri sagri mill-istess kamra.

Aquilina kellu wkoll l-kapaċità li jpitter. Fost ħafna xogħol li għamel, huwa pitter il-bandalora bil-Madonna ta` Lourdes (li għadha esebita fis-sede tas-Soċjetà sal-ġurnata tal-lum), sett ta` bandalori tal-Madonna ta` Lourdes, sett ta` bandalori tal-Gran Mastri tal-Ordni ta` San Ġwann li servew f`[Malta]], pavaljun tal-Gran Mastru La Vallette kif ukoll il-bandiera tas-Soċjetà bl-armi tal-Belt ta` Lourdes saret fuq disinn tiegħu.

Carmelo Aquilina miet fit-30 ta` Settembru, 1957 fl-età ta` 66 sena.