Carmel Zahra

From M3P
Revision as of 14:36, 25 October 2020 by Tonisant (talk | contribs) (removed over linking)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Carmel Zahra

Carmel Zahra twieled l-Imqabba nħar is-26 ta’ Ottubru 1948, iben Joseph Zahra u M’Grace née Zammit.

Ħa l-edukażżjoni primarja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fit-Technical Institute Paola. Minn età żgħira beda jaħdem fl-industrija tal-ġebel, l-ewwel bħala mpjegat ma’ missieru u wara bħala self-employed fl-istess industrija tiegħu. Fl-1984 għamel xi żmien qasir jaħdem bix-xarabank, sabiex wara sar importatur tal-inġenji wżati kif ukoll daħal fl-industrija tal-bini u artijiet. Fl-1998 sar Direttur maniġerjali tas-sala tat-tiġijiet Palazzo Nobile u llum huwa pensjonant.

Minn żogħżitu kellu ħerqa kbira lejn il-festa u wara xi żmien jgħin fid-delizzju tan-nar, xtaq li jkollu ħidma aktar diretta fis-Soċjetà. Għalhekk fil-1986 sar membru fil-Kumitat Eżekuttiv u bejn 1988-90 okkupa l-kariga ta’ Segretarju tas-Soċjetà. Fl-1990 inħatar bħala President u żgur li qatt ma għaddielu minn moħħu li din il-kariga kienet ser tkun waħda għat-tul. Tant li spiċċat intemmet fl-2017.

Għandu esperjenża kbira fil-bini u għalhekk żgur li ma’ jistax jonqos li l-Presidenża tiegħu ma’ tkunx karettereżżata minn programm sħiħ ta’ tibdil strutturali fis-sede tas-Soċjetà kif ukoll tisbiħ tal-istess każin. Saru ħafna proġetti, fosthom it-tibdil tat-taraġ ewlieni biex dan sar tal-granit, il-bini tat-tieni maħżen u s-sala ta’ fuqu, ir-restawr tas-Sala Prinċipali u t-twettiq tal-proġett tal-pitturi varji u maestużi li jsebbħu lil din is-Sala – il-Konvoj, Maria Regina, l-Arti u oħrajn. Ingħata l-bidu għall-bini tal-planċier u saru diversi tkabbir tal-armar u statwi ġodda li jkomplu jkabbru u jsebbħu l-festa ta’ Santa Marija. Impossibli li ssemmi kull ma sar matul dawn l-għoxrin sena. Imma l-akbar monument li ser jitħalla huwa l-estensjoni tal-Każin, ħolma li ilha tberren fil-moħħ tal-President u li saret realtà, proprju rigal sabiħ għall-festi Ċentinarji.

Saru diversi żjarat minn ħafna personalitajiet distinti fosthom Presidenti ta’ Malta, Prim Ministri u Politikanti distinti, Arċisfqijiet ta’ Malta u Isqfijiet oħra, Ambaxxaturi u nies oħra prominenti fil-ħajja Maltija kif ukoll barranija. Kien hemm ukoll laqgħat mal-Familja Rjali Ingliża. Avveniment importanti kien il-ġemellaġ li sar mal-Corpo Bandistico ta’ Santa Vittoria in Matenano ta’ Ascoli Piceno, l-Italja, li wassal għar-rebħ tal-Unur prestiġġjuż ta’ Les Étoiles d’Or du Jumelage. Fis-sena 2007 il-Banda Re Ġorġ V kellha x-xorti li ddoqq għall-ewwel darba ġewwa s-sala Nervi quddiem udjenza mal-Papa Benedittu XVI.

Twieldu diversi fergħat fis-Soċjetà, fosthom il-Fergħa tan-Nisa, is-Seżżjoni Żgħażagħ, l-Għaqda tal-Armar, u tkabbret l-Għaqda tan-Nar. Dan kollu wassal għal diversi rebħ ta’ unuri minn dawn l-għaqdiet diversi, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali. Dan kollu kien strumentali biex is-Soċjetà Santa Marija tpoġġiet fi klassi ta’ Soċjetajiet kbar Maltin.

Propju nħar is-Sibt 23 ta’ Ottubru 2010, is-Sur Carmel Zahra ġie mogħti l-unur ‘’Ġieħ l-Imqabba 2010’’ għad-dedikazzjoni u s-sehem volontarju u attiv tiegħu b’risq il-festi fir-raħal. Dan l-unur kien ħabat sewwa sew f’għeluq l-20 anniversarju minn meta s-Sur Zahra kien ġie maħtur bħala President tas-Soċjetà kif ukoll f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba.

Huwa miżżeweġ lil Mary née Sciberras. Għandu tlett itfal u joqgħod fil-limiti tas-Siġġiewi.