Difference between revisions of "Carlo Sciberras"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Carlo Sciberras)
Line 18: Line 18:
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:Born in 1983]]
[[Category:Born in 1983]]
[[Category:Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]]

Revision as of 07:22, 15 October 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Carlo Sciberras twieled L-Imqabba fl-1983. Iben Pasquale u Pauline Sciberras u hu t-tieni wild fost tlett aħwa. Ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskejjel ta’ St. Catherine School tas-Sliema kif ukoll f’dik tal-Imqabba u dik sekondarja ġewwa St. Joseph Junior Lyceum, Paola. Huwa kompla l-istudji Post-sekondarji ġewwa Liceo Paolino Vassallo u MCAST fejn studja fis-servizzi finanzjarji, accounts u marketing f’livelli avvanzati fejn ingħata ċ-Ċertifikat fis-Servizzi Finanzjarji kif ukoll Ċertifikat fil-Liġi Maltija għas-servizzi Finanzjarji. Carlo kompla wkoll l-edukazzjoni Terzjarja fejn studja fil-European Institute of Education fejn gradwa b' Diploma in Business Financial Management u aktar tard l-Malta Institute of Management f’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fejn gradwa b’ Higher Management Diploma for Change and Innovation in Tourism. Matul iż-żmien sabiex ikompli jaġġorna mal-iżvilupp kontinwu professjonali, huwa attenda bosta korsijiet li wassluh ukoll għal ċertifikati oħra fil-General Management, Political Philosophy u Public Speaking.

Carlo Sciberras ħadem bħala bankier f'bank lokali, Amministratur Ġenerali ta' kumpanija ta' riklamar u marketing u bħalissa qiegħed fil-kariga ta’ Planning Specialist fis-settur tat-trasport pubbliku.

Il-passjoni tiegħu huma s-Soċjetà u l-festa u kull ħaġa li għandha x'taqsam magħhom kif ukoll iħobb l-istorja, il-kultura Maltija, qari ta’ bijografiji, isegwi programmi ta’ storja, is-safar u l-kulturi barranin. Hu jsegwi wkoll il-logħba tal-ballun speċjalment il-kampjonat Taljan u għandu simpatija lejn it-tim tal-Juventus. Fit-tfulija u l-adoloxxenza Carlo kien jifforma parti mill-iskwadri tal-Futbol fi ħdan l-Mqabba FC Youth Nursery u aktar tard Żurrieq FC Youth Nursery fejn lagħab u kkompeta fl-għola livell tal-Kampjonat Nazzjonali Youths f’seżżjoni A.

Sa minn mindu kien għadu tifel Carlo kien jaffaxxina ruħu bis-sbuħija tal-Vara Titulari ta’ Santa Marija, u kien ukoll jieħu gost ħafna jkun preżenti waqt il-marċi u jara l-murtali. Hu jiftakar ukoll lin-nannu tiegħu Ġienju Sciberras li kien dejjem jgħidlu qis li żżomm ma’ Santa Marija. Peress illi dak iż-żmien kien għadu tifel ta' madwar 7 snin kien ikun xi ftit mistħi li jidħol ġewwa l-każin waħdu pero jiftakar ukoll li ta' dik l-eta’ ġieli kien imur il-każin ma’ Raymond Vella (il-Lapawl), u jiftakar li kull sena kien jagħtih xi flokk tal-festa. Carlo kien jintela bil-ferħ permezz tal-flokk tal-Festa! Meta laħaq l-eta’ tal-adoloxxenza beda jmur jgħin waqt l-armar fit-toroq u jiftakar li kienu hu, flimkien ma’ sieħbu Bevill Ghigo u xi adoloxxenti oħrajn, li kienu ġew mħeġġa biex jidħlu fil-Kumitat tas-Seżżjoni Żgħażagħ. Carlo ingħaqad bħala membru fis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija fl-1999 u minn dak iż-żmien huwa baqa attiv fis-Soċjetà u fil-festa. Huwa dam fis-Sezzjoni Żgħażagħ sal-2009 u kien president ta’ din l-istess Sezzjoni Żgħażagħ mill-2004 sal-2009.

Matul is-snin tiegħu bħala President tas-Sezzjoni Żgħażagħ, Carlo flimkien ma’ sħabu żgħażagħ rnexxielhom idaħħlu bosta kunċetti nnovattivi fis-Soċjetà, fir-raħal tal-Imqabba kif ukoll f' pajjiżna, fosthom il-Presepju Ħaj, La Semana Santa, l-Iskambju Kulturali, iċ-Ċenaklu Ħaj, it-Titular, il-Ġimgħa Marjana, il-Gwarniċun Mekkaniżżat, il-Bandalora Artistika kif ukoll l-ewwel spettakli ta' briju organizzat u sinkronizzat mal-mużika fil-Marċ tat-Tielet Tridu.

Carlo Sciberras ingħaqad bħala membru fil-Kumitat Eżekuttiv fl-2004 fil-kariga ta’ Viċi Kaxxier sal-2008, fejn wara huwa kompla fil-kariga ta’ Viċi President sal-2013 kif ukoll fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali sal-2017, f’liema sena huwa ingħata l-kariga ta’ President tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba

Matul din il-presidenza li waslet fir-raba sena tagħha, Carlo Sciberras flimkien ma sħabu membri tal-Kumitat Eżekuttiv iffoka b’mod partikulari fuq diversi proġetti fosthom ir-restawr u rinnovazzjoni tas-swali prinċipali u l-faċċata tas-sede tas-Soċjeta’, l-estenzjoni tal-binja tal-imħażen tal-armar kif ukoll il-planċier artistiku.