Carlo Diacono

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Karlu Diacono twieled Iż-Żejtun fl-1 t' April tal-1876. Huwa għex għal żmien twil f’dar li fuqha hemm il-bust tiegħu f’Misraħ Gregorju Bonnici fiż-Żejtun. Sa minn meta kien żgħir beda juri ħajra lejn il-mużika tant li missieru Orazio Diacono li kien l-ewwel Surmast tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun, bejn 1861 u 1868, beda jgħallmu l-klarinett u ta' 10 snin beda jdoqq mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun.

Tghallem ukoll il-pjanu u l-orgni. Ta' 16-il sena beda jistudja l-mużika mas-Surmast Paolino Vassallo u dam jistudja miegħu għal 10 snin sħaħ. U ma damx ma’ sar l-id il-leminija tas-Surmast Vassallo, Meta il-kumitat tal-Għaqda Mużikali Beland kien ħatar lill Karlu Diacono bħal Surmast fl-1897 u baqa sa 1904. Intant l-Arċipriet taż-Żejtun Dun Lawrenz Degabriele mal-ewwel kien ħatru wkoll bħala l-organista tal-knisja Parrokkjali.

Il-Papa S. Piju X fit-1903 kien ħareġ 'Motu Proprio' dwar il-mużika sagra u s-Surmast Paolino Vassallo kien l-ewwel wieħed li beda jimxi skont il-Motu Proprio tant li ġie magħżul biex ikun il-Maestro di Cappella tal-Katidral tal-Imdina u l-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-belt Valletta.

Carlo Diacono kif ukoll Ġiuseppi Caruana li kienu studenti ta' Vassallo bdew huma wkoll jimxu skont il-Motu Proprio. Meta mbagħad fl-1923 miet is-surmast Paolino Vassallo, Carlo Diacono ġie magħżul biex ikun il-Maestro di Cappella minn floku.

Meta Carlo beda jidderiġi l-mużika fil-knejjes għażel numru ta' kantanti u mużiċisti biex ikunu l-membri tal-Cappella Diacono u fi żmien qasir kellu ħafna knejjes li għażlu lil Carlo Diacono biex ikun il-Maestro di Cappella tagħhom.

Fi żmien il-gwerra, Carlo u l-familja tiegħu marru joqgħodu Ħal-Lija fi Triq il-Kbira u miet hemm hekk fl-1942 fl-eqqel tal-gwerra.

Carlo Diacono miet; imma warajh ħalla numru kbir ta’ xogħolijiet, li għadhom magħna, u jintużaw sal-ġurnata tal-lum. Ma tingħadx il-mużika reliġjuza Ii kkompona. Biżżejjed insemmu Ii ħalla 45 Quddiesa di Glorja, 22 Quddiesa di Requiem, u għad bla qies ta' Tantum Ergo u Innijiet lill-Madonna.

Dan barra numru kbir ta' kompoziżżjonijiet oħra. Sadanittant kien ġie maħtur wkoll "maestro di cappella" f’diversi kolleġġjati u parroċċi prinċipali ta' Malta fosthom; Bormla; Senglea; Il-Birgu; Ħaż-Żabbar; u tant oħrajn. Jispikkaw fost il-mużika reliġjuza tiegħu, l-0ratorji "Nawfraġju ta' San Pawl"; "Sant' Antnin" u "Prate Sole". Diacono ikkompona wkoll opra lirika, "L' Alpina"; Ii dehret l-ewwel darba fit-Teatru Rjal ta' Malta fl-1918.

Dan l-istess xogħol kien reġa ġie ippreżentat wara l-gwerra fir-Radio City Opera House fl-Ħamrun bini li fl-1992 kien twaqqa u irranġat w inbidel biex saru il-kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.

Fil-Ġublew tal-Fidda tar-Re Ġorġ V, il-Kumitat organizzattiv kien fdalu f’idejh id-direzzjoni tal-baned kollha ta’ Malta li flimkien kienu daqqew l-innu il-God Save.

L-antifona "Hodie Maria Virgo" kitibha apposta għal lokal ta’ Ħ'Attard fis-sena 1909 u tlestiet nħar l-10 ta' Awwissu. Tajjeb ngħidu li kellu antifona oħra bl-istess isem li kien idoqqha wkoll fi żmien il-festa ta' Santa Marija.