Carl Maria Artz

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Carl Maria Artz

Mro. Carl Maria Artz twieled f’ Dusseldorf, il-Ġermanja fl-1887. Ħa l-ewwel tagħlim tiegħu fl-arti mużikali f’din il-belt meta kien għadu żgħir u kompla jipperfezzjona f’din l-arti wara li beda jistudja wkoll il-pjanu fi Dresden, Liepzig u Munich.

Fl-istess ħin, kompla jitħarreġ fil-kompożizzjoni u d-direzzjoni għand l-aħjar professuri ta’ dak iż-żmien, fosthom Felix Draesecke, ħabib u kollega ta’ Frans Listz u Robert Wagner.

Sa mill-bidu nett, permezz tal-għadd ġmielu ta’ kanzunetti mill-isbaħ, kompożizzjonijiet għall-pjanu u musica da camera Artz wera ħila mhux komuni. Aktar m’għadda żmien, aktar dehret ħiltu meta bdew jinstemgħu is-sinfoniji għall-orkestra u magħhom ukoll xi opri teatrali li beda jikkomponi. Ħiltu fid-direzzjoni dehret minn kmieni, għax ta’ 22 sena kien ġa dderieġa l-aqwa orkestri sinfonici ta’ diversi bliet Ġermanizi, fosthom dawk ta’ Liepzig, Dresden u Munich.

Fl-1913, ta’ 26 sena inħatar direttur tal-famuża orkestra filarmonika tal-kapitali Berlin, fejn baqa’ magħha sa l-1919. Lil din l-orkestra dderiġieha fl-aqwa sinfoniji ta’ Richard Strauss: l-Alpensinfonie u ż-Zarathustra. Il-Banda Duke of Edinburgh kisbet suċċessi kbar taħt it-tmexxija ta’ dan il-bravu Surmast.

Huwa miet ta’ 76 sena f’Berlin fil-21 ta’ Lulju 1963.