Arturo R. Felice

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Arturo R. Felice kien iben il-Prokuratur Legali Francesco Felice u Giovanna Penelope Messina. Twieled Tas-Sliema nhar it-22 t’April 1878.

Iżżewweġ lil Maria Consiglia Cassar fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun fit-12 ta’ Ġunju 1900.

Huwa kien spiżjar magħruf ħafna f’Ħaż-Żabbar, bl-ispiżerija tiegħu fi Triq is-Santwarju għadha popolari u magħrufa sal-lum il-ġurnata.

Huwa kien dilettant tal-Ingliża fuq il-billiard tant li fil-minuti tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae tal-ewwel t’Awwissu 1937 insibu li l-“President Giuseppe Agius Muscat talab lid-dilettanti tal-billiard sabiex meta jkun hemm A.R. Felice u jkunu jistgħu, huma stess jistednuh għal partita Ingliża” għaliex kien il-gost tiegħu jilgħabha.

Huwa kien Viċi President tas-Soċjeta bejn id-29 ta’ Jannar, 1933 u l-21 ta’ Novembru, 1937 u reġa serva bejn is-26 ta’ Settembru, 1943 u it-3 ta’ Frar, 1946. Kien rappreżentant tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ fil-kumitat organizzattiv tal-inkurunazzjoni mill-14 ta’ Novembru, 1950. Kien President bejn it-3 ta’ Frar, 1946 sa l-31 ta’ Lulju, 1953. Waqt li sar President Onorarju Ad Vitam mill31 ta’ Lulju, 1953 sa l-4 ta’ Lulju,1960.

Arturo R. Felice miet f’Ħaż-Żabbar fl-4 ta’ Lulju 1960.