Anthony Sammut

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Anthony Sammut twieled f' Birkirkara nħar it-30 t'Ottubru 1921, Iben Mikel u Rozina (xebba Vella). Il-ġenituri ta' Ninu, kif kien magħruf is-surmast, kellhom negozju tal-inbid biswit il-każin tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Elena. Huwa ħa l-edukażżjoni tiegħu fil-kulleġġ tal-Ferres, f’Bormla.

Tgħallem il-mużika għand is-Surmastrijiet bravi Vincenzo Costa u ibnu Carmelo Costa L.R.S.M. Ta' 11-il sena Anthony beda l-eżamijiet tal-Associaton of the London College of Music. Minn dal-kulleġġ kiseb midalja tal-fidda u oħra tal-bronż, ċertifikat tal-eżami tas-Seventh Grade - Advanced - Final - Royal School and Royal College of Music (London) u ta' 24 sena kiseb diploma bit-titlu A.Mus.L.C.M.

Mro. Sammut ta' 30 sena kien għalliem tal-kurunetta, surmast tal-armonija, direttur u kompożitur. Hu kellu widna sensibbli, qalb edukata u moħħ intelliġenti. Ittra interessanti ħafna tal-25 ta' Lulju 1949 mis-Surmast Kompożitur Sqalli minn Catania, Giovanni Pennacchio, kienet tgħid hekk:

Son lieto di aver assistito al concerto eseguito alla Villa Bellini dalla Banda 'Jmperiale' egregiamente diretta dal Mro. Antonio Sammut e di costatarne il pieno successo ottenuto davanti ad un publico attento e plaudente. Le doti di alta sensibilita artistica riscontrata l 'anno scorso dal giovane Direttore Maestro Sammut si sono pienamente a.ffermate in questo concerto nel quale si rilevano altresi qualita di tecnica in pieno sviluppo sempre protesi verso le alte mete dell'arte. Benaugurando pei filturi successi mi associo al plauso de! publico. Cordiali saluti dal Collega Giovanni Pennacchio.

Mro. Pennacchio għaraf s-suċċess kbir Iis-Surmast Anthony Sammut kiseb f'kunċert imwettaq mill-Banda Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa f’ Villa Bellini u f’ aħħar it-teknika speċjali Ii kellu u Ii wasslitu għall-ogħla suċċessi.

Is-Surmast Sammut idderieġa fl-istess Villa Bellini il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 tal-Belt Victoria, Għawdex fl-1948, u l-Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa fl-1949. Is-Surmast Anthony Sammut Direttur tal-Banda Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa bejn 1948 u l-1980 kif ukoll tal-Banda ta’ Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta bejn 1954 u l-1980. Il-fatt Ii Mro. Sammut serva bħala Surmast Direttur għal ħafna snin ma' dawn it-tliet baned, juri li Mro. Anthony Sammut kien surmast kapaci u fuq kollox maħbub ħafna.

Mro. Sammut kien anke Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A. D. 1863 tal-Belt Victoria, f’Għawdex bejn is-snin 1948-1951. Insibuh ukoll jidderieġi I-Banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta, il-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena ta’ Birkirkara u l-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tal-Belt Victoria, Għawdex. Għall-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem. Hu kkompona l-'Innu San Ġużepp' tant apprezzat minn din il-Parroċċa. Mro Sammut għal bosta snin idderieġa I-Banda tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 ta’ Ħal Lija li kemm il-darba kienet mistiedna biex iddoqq il-marċ brijjuz tal-aħħar jum tat-tridu. L-ewwel servizz tal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 taħt id-direżżjoni tas-Surmast Anthony Sammut fil-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem imur lura għall-25 ta' Ġunju 1971. Mal-Banda ta' Ħal-Lija Mro. Sammut dam Surmast Direttur għal 45 sena bejn 1-1944 u l-1989.

Mro. Anthony Sammut ikkompona diversi xogħlijiet mużikali, fosthom il-Marcia Sinfonika Happy Tidings, Poema Simfonika Beginning kif ukoll l-Innu lill-Madonna tal-Karmnu li jindaqq fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu ċċelebrata fis-Santwarju tal-Komunita Terezjana, Birkirkara, I-Innu Banda Imperial, u l-Innu Banda San Piju X - dan tal-aħħar għandu versi ta' Mons Rev. Ġuzeppi Xerri.

Mro. Sammut kien ukoll kompożitur ta' marċi funebri u dawk brijjuzi, fosthom marċi bħall Victor, Is-Surmast Nin, Michelle, On Parade, Mose, Doreen, St Paul, u ħafna oħrajn.

Is-Surmast Anthony Sammut ħalla din id-dinja fis-6 t' Ottubru, 1991. Fil-funeral tiegħu f'Birkirkara fl-10 t' Ottubru, 1991 sar korteo funebri li beda minn Triq il-Wied sa quddiem il-pjazza tas-Santwarju ta' Santa Tereza. Akkumpanjat il-korteo l-Banda tas-Soċjeta Mużikali Każin Banda San Pio X Lija A.D. 1905 li daqqet diversi marċi funebri. Wara saret il-quddiesa funebri fl-istess Santwarju fil-prezenza ta' bosta nies u kumitati ta' baned li ġew f'dal-funeral biex jagħtu l-aħħar tislima lil dan is-Sunnast li fostna id-dilettanti tal-baned Maltin ma jista' jintesa qatt.