Angelo Melilli

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Angelo Melilli twieled fit-18 t’ Awwissu, 1856, f’Licata, provinċja ta’ Agrigento. Huwa kien direttur ta’ waħda mill-baned militari Taljani. Huwa wasal Malta fit-13 ta’ Frar, 1898, bil-vapur L’Isle Adam li kien ġej minn Tuneż. Flimkien miegħu fuq il-vapur kien hemm martu Antonietta mwielda Martinez, minn Terranova, Sqallija, li kien iżżewweġ nħar is-27 ta’ April, 1889, magħhom ġabu lill uliedhom – Rosario, Angelo, Maria, Giulia u Salvatore. Kemm dam Malta twieldulu ħames ulied oħra – Concetta fl-1899, Graziella fl-1901, Nicolò fl-1903, Adelina fl-1906 u Vittorio fl-1909. Daqs xahar u nofs wara, jiġifieri lejn it-tmiem ta’ April 1898, huwa dderieġa l-Vilhena Band Club tal-Furjana.

Imbagħad f’ Jannar 1901 żied il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla. Nħar il-Ħadd 19 ta’ Novembru, 1904, Mro. Melilli ddebutta bħala surmast mal-Għaqda Każin Banda San Filep. Meta ħa f’idejh id-direzzjoni tas- Soċjetà Filarmonika San Filippo, is-Surmast Melilli biddel ir-residenza minn dik ta’ 69, Strada Bongiorno, Bormla għal 290, Strada Reale Ħaż-Żebbuġ. B’inizjativa tal-President Carmelo Zammit u l-membri tal-kumitat l-aħwa Żaren u Filippo Felici (Ta’ Faruni) li kienu negozjanti tal-inbid, kienu provdewlu din ir-residenza biex jiġi joqgħod fiha hu u l-familja.

Taħt id-direzzjoni ta’ dan is-surmast Taljan, il-Banda San Filep għamlet tibdil għall-aħjar kemm fin-numru ta’ bandisti u kif ukoll fil-kwalità tal-mużika li kienet tindaqq. Fiż-żmien ta’ dan is-surmast, ħafna missirijiet kienu jfittxu l-maestro u jagħtuh xelin (€ 0.12) biex jagħmel mill-aħjar mat-tfal tagħhom u joħroġhom idoqqu mal-Banda San Filep. Fil-Ġimgħa l-Kbira ta’ 1905, il-Banda San Filep daqqet għall-ewwel darba l-marċi funebri Cipresso u Mesto Ricordo kompożizzjoni ta’ dan is-surmast.

Ft-tnejn u għoxrin ta’ Ġunju 1911, il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ dan is-Surmast marret iddoqq għall-inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ V f’sfilata ta’ tnejn u għoxrin banda, ilkoll wara xulxin li mmarċjaw mill-Furjana sal-Belt Valletta. Kull banda daqqet l-innu God Save The King fil-pjazza San Giorgio fʼ Triq Strada Reale. Is-Surmast Angelo Melilli kien kompożitur kbir u jibqa’ magħruf l-aktar għall-marċi Tislima lill-Mro. Angelo Melilli f’għeluq il-100 sena minn mewtu (1856 – 1913) Mro. Angelo Melilli Ir-residenza ta’ Angelo Melilli, 290 Strada Reale, Ħaż-Żebbuġ fejn kien jogħqod. Fost il-Marċi funebri li kkompona, fosthom Cipresso (1888), Mesto Ricordo (1889), L’Ultima Caduta (1886), Povri Morti, Alla Memoria di Giuseppe Verdi (1901), Alla Memoria Di Maestro Filippo Galea (1905), Alla Memoria Di Maestro Andrea Borg, Venerdi Santo, Remembranze, Elegia Funebre (1889) u A Mia Madre li għadhom jindaqqu sal-lum. Il-marċ funebru Alla Memoria dei Caduti di Transval, li kkomponih fis-sena 1899, huwa marċ uniku ta’ dan is-surmast u jinsab fil-arkivju tal-Għaqda Każin Banda San Filep biss.

Fl-arkivju tal-Għaqda Każin Banda San Filep hemm ħafna manuskritti oriġinali miktubin mill-pinna ta’ dan il-bravu surmast, fosthom Inno a San Filippo d’Agira għal sopran, tenur, baritonu u kor li kkomponih fl-1906, il-versi oriġinarjament miktubin bit-Taljan minn Dun Karm Psaila iżda nqalbu għall-Malti minn Mons Lawrenz Cachia fl-1978. Dan l-Innu jindaqq mill-Banda kull ħames snin. Il-marċi brijużi La Genovese kitbu fid-29 ta’ Settembru tal-1903 u Un Saluto A Palermo fil-1900. Il-polka Ineż li nkitbet f’Mejju tal1888, il-kanzunetta Naplitana Nanina Bella (1903), il-mazurka Giorgina (1889), il-fantasia Notte Estiva Africana (1907), il-valz Piume di Pavone (1907) u siltiet mużikali oħra bħal Piedigrotta (1900), Marcia Spagnola (1900), Principe Di Malta (1900), Mazurka Spagnola (1905), Omaggio a San Filippo, per Coro e Voci Puerilli (1911), is-sinfonia La Ruche d’Or u l-Inno San Publio (1901). Hemm ukoll għadd ġmielu ta’ arranġamenti mużikali għall-banda ta’ Angelo Melilli. Ta’ min isemmi wkoll li dan is-surmast meta kien ilesti l-kompożizzjoni kien jiffirma, iniżżel id-data u l-ħin. L-Għaqda Każin Banda San Filep għandha l-bakketta ta’ Maestro Angelo Melilli li hi esebita fis-sala ewlenija u merfugħa b’għożża kbira. Ta’ min isemmi wkoll li meta miet l-eks president tas-Soċjetà Filarmonika San Filippo s-Sur Carmelo Zammit fit-tmienja u għoxrin ta’ Ottubru 1911, kien attenda għall-funeral wkoll is-Surmast Angelo Melilli li kien għadu miġbud ħafna għall-Banda San Filep u li kien ħabib kbir ta’ Carmelo. Melilli waqt il-korteo qagħad jippoża quddiem il-Banda. Meta nduna biħ is-Surmast Alfred P. Hare, raġel wieqaf u ta’ karattru li juri d-dixxendenza tiegħu Ingliża, mar fuqhu w u qallu, Issa jien is-Surmast Direttur tal-Banda San Filep!, peress li t-tmexxija kienet għaddiet f’idejh. Is-surmast Melilli telaq minn Malta għal Tuneż fl-14 ta’ Ġunju, 1912, bil-vapur Franċiż Marechal Bugeaud, flimkien ma’ wliedu Rosario, Maria, Salvatore, Concetta, Graziella, Nicolò u Vittorio.

Huwa reġa’ ġie Malta għal ġimgħa waħda biss bejn it-12 u d-19 ta’ Diċembru, 1912. Maestro Angelo Melilli ħalla dan il-wied ta’ dmugħ f’ Tuneż nhar it-30 t’ Awwissu, 1913.

Fit-28 ta’ Diċembru, 1993, il-gvern irrikonoxxa l-abiltajiet ta’ dan il-bravu Surmast u kompożitur u semma’ triq għalih f’Ħaż-Żebbuġ