Angelo Ghigo

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Angelo Ghigo

Angelo Ghigo twieled L-Imqabba fis-6 ta’ Ġunju 1898, iben Pawlu u Francesca née Mifsud, it-tieni wild fost ħutu Marija Assunta, Giovanni Battista, u Gabriel.

Fi tfulitu attenda l-Iskola Primarja tal-Imqabba u wara s-Seminarju Minuri fil-Furjana. L-ewwel ħidma tas-Sur Angelo Ghigo kienet ta’ piżatur f’pitkali. Fl-1918 daħal skrivan fil-H.M. Dockyard minn fejn fl-1922 ġie trasferit fl-Uffiċju Meterjoloġiku li kien għadu kif beda jopera f’Malta.

Għall-istorja, dan l-uffiċju kien amministrat mir-Royal Air Force b’kumpliment ta’ Senior Officer u żewġ Forecasters. Beda jopera f’Schembri House Pietà u ġie trasferit fl-1927 għal St. John’s Cavalier Valletta. Fl-1947 mar fl-ajruport ta’ Ħal Luqa u beda jitmexxa minn uffiċjal ċivili. Fil-gwerra bejn l-1939 u l-1945, fl-assenza tal-kap, is-Sur Ghigo kien jerfa’ r-responsabbiltà tal-uffiċju. Angelo Ghigo inħatar Meteorological Adminstrative Officer fis-6 ta’ Marzu 1957 biex ikun l-ewwel Malti f’dak il-grad li baqa’ jżomm sa ma rtira bl-età fl-1962. F’età żgħira, ġie maħtur President tas-Soċjetà Santa Marija tal-Imqabba, kariga li okkupa bejn l-1920 u l-1925.

F’żogħżitu studja l-mużika u d-daqq tal-orgni. Nafu li kienu jinġabru tfal fid-dar t’oħtu Assunta fi Triq il-Parroċċa u fuq l-armonju kien jgħallimhom innijiet biex jitkantaw mal-banda fuq il-palk waqt il-Purċissjoni fil-Festa ta’ Santa Marija. Serva ta’ organista fil-parroċċi tal-Imqabba, Bormla u bejn l-1931 u l-1940 fil-Furjana; fi żmien meta Mqabbi ieħor kien Mons. Angelo Ghigo D.D. kien Arċipriet.

Iżżewweġ lil Margerita née Buttigieg fl-1923 u kellhom ħamest itfal: Grace, Jane, Dun Manwel, Gemma u Lina. Fl-1923 l-Arċisqof Mauro Caruana appuntah għalliem tal-Ingliż u l-Ġeografija u serva fis-Seminarju Minuri bejn l-1923 – 1946 u l-1969 – 1976 u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi mill-1946 – 1969.

Għallem l-Ingliż lin-novizzi tal-Patrijiet Franġiskani Minuri u Franġiskani Kapuċċini.

Bejn l-1978 u l-1983, Angelo Ghigo kiteb għadd ta’ poeżiji li ġew ippublikati f’Ġunju tal-1983 bit-titlu ‘Il-Linfa l-Qadima’. Din kienet l-aħħar attività pubblika tiegħu għaliex nħar il-5 ta’ Diċembru 1983, il-Mulej għoġbu jgħajjatlu għall-premju mistħoqq tal-paċi fil-mistireħ. Ħabb ħafna lil Alla, il-Madonna u l-familja. Rispettat minn kull min kien jafu. Żgur li Marija Assunta mill-glorja tas-sema semgħet it-talba fil-poeżija tiegħu ‘Lil Ommi Marija’.