Andrew Cilia

From M3P
Revision as of 06:17, 27 October 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Andrew Cilia)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Andrew Cilia twieled fl-1 t’ Awwissu,1990. Attenda l-iskola Primarja tal-Kalkara, L-iskola sekondarja St. Michael School ta’ Ħal Qormi, studja fil-Junior Collage u għamel ukoll xi żmien jistudja fl-Università ta’ Malta.

Miżżewweġ u għandu tifel. Andrew hu bandist tal-post fi ħdan il-Banda Sagra Familja fejn wettaq l-istudji mużikali tiegħu fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà. Beda taħt Mro. Ugo Buhagiar u Mro. Raymond Mangion.

Oriġinarjament kien idoqq il-Kwartin fejn eventwalment qaleb idoqq il-Klarinett. Taħt Mro. Twanny Borg tgħallem ukoll il-perkussjoni kif ukoll l-Althorn, l-istrument li jdoqq fil-preżent, taħt Mro. Peter Cini.

Okkupa diversi karigi fis-Soċjetà bħall ma huma Segretarju kif ukoll Chairperson tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Jifforma parti ukoll mill-Kummissjoni Banda u fil-Kumitat Ċentrali fejn okkupa l-karigi ta’ Assistent Segretarju, kif ukoll l-aktar żewġ karigi riċenti bħala PRO u Viċi President.

Andrew għandu għal-qalbu ħafna il-festa tal-Kalkara u jinteressa ruħu fl-istorja ta’ din is-Soċjetà u jgħin f’ diversi oqsma tal-istess Soċjetà. Is-Soċjetà tifraħ lil Andrew Cilia għal din il-kariga u tawguralu kull suċċess għall-kariga l-ġdida ta’ president. Wara li laħaq fis-26 t’ Ottubru, 2021 fis-Seduta ta’ kumitat wara lill-President ta’ qablu Victor Delceppo ħalla l-kariga imħabba raġunijiet personali u b’hekk sar id-19 il-President tas-Soċjeta.