Anġelo Pace

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Angelo Pace twieled Il-Gudja fl-20 ta' Marzu, 1920.Iben Giuseppe Pace u Josephine Barbara. Studja fis-Seminarju tal-Arċisqof u l-Universita ta' Malta. Minn meta kien żgħir beda jdoqq is-Sax Alto fejn anke kien idoqq mal-banda tar-riġment fi żmien il-gwerra.

Ta' eta żgħira studja l-armonija, il kontrapunt, il-kompozizzjoni, u d-daqq ta' l-orgni u l-pjanu, 1-ewwel għand Mro. Carmelo Costa u wara kompla g]and Mro. Giuseppe Casapinta fejn kiseb żewġ diplorni mil-London College of Music, l-Associate u 1-Licenciate in Music.

Serva bħala organista f'diversi knejjes, fosthom tal-Gudja, St Christopher u St Mary fil-kurnpless ta' l-RAF Luqa sa l-1979.

Mro. Angelo Pace ikkompona ħafna marċi funebri, brijużi u anke grotteski (għall-Karnival). Minn fost il-marċi li kkornpona, il-marċ Festival kien ġie magħħżul biex jindaqq mill-banda militari u ġie trasmess mill-BBC fl-1954, fl-okkazjoni taż-żjara tar-Reġina Elizabetta II.

Huwa kkompona wkoll mużika serja għall-banda. L-overture Lil Din L-Art Ħelwa kisbitlu t-tielet premju f'konkors li nżamm fl-1983 mniedi rnill-Ministeru tal-Kultura. lndaqqet mill-Banda Nazzjonali u mill-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Mro. Angelo Pace kiteb ukoll bosta mu#ika sagra u għall-knisja parrokkjali tal-Gudja, li tag]ha huwa kien Maestro di Cappella, ikkompona quddiesa Regina Pacis, Maria Virgo u l-Messa Assumptiana li hija meqjusa bhala 1-aqwa xogħol tiegħu.

L-Innu Marċ Jum I-Assunta huwa 1-aktar xogħol għal qalb is-Surmast Pace. Mro. Angelo Pace idderieġa diversi baned, bħal dik ta' l-Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal-Kirkop, il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863 f’ Rabat Għawdex, il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar, il-Banda tas-Soċjeta Filarmonika La Stella tal-Gudja, għal 50 sena sħaħ u anki kiem waqqaf il-Kor La Stella u l-Kor Excelsior ta’ Ħal-Luqa.

Mro. Angelo Pace iżżewweġ lil Grace nee’ Schembri fit-12 ta' Settembru, 1943 fil-Gudja u kellhom għandhom sitt ulied. Huwa ħalla din id-dinja fis-26 t'Awwissu 2003.