Ġużeppi Stivala

From M3P
Revision as of 21:25, 21 May 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Ġużeppi Stivala)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Ġużeppi Stivala twieled fin-Naxxar, Sfortunatament il-ġurnata u x-xhar meta twieled ma nafhuhomx, imma is-sena kienet dik ta’ l-1897. Sa minn ċkunitu ħass ġibda lejn il-mużika, u kien imħeġġeġ wkoll biex ikompli jistudja l-art tal-mużika.

Huwa kellu fiħ diversi kwalitajiet sbieħ bħal Intelliġenża, dixxiplina, serjeta, imħabba lejn in-nies ta’ madwaru u rispett, li komplew nislu fiħ, rieda biex jkompli javvanża fil-karriera mużikali tiegħu.

Bħala żgħażugħ, kien beda jdoqq mas-Soċieta’ Filarmonica Nazionale La Vallette, apparti dan kien jifforma parti wkoll mill-Banda tal-R.M.A. u kien wkoll jgħallem fl-iskola militari.

Matul l-istudju kontinwu tiegħu, trawwem u kiseb esperjenza u kapaċita b’intelliġenza naturali li waslitu wkoll fit-triq tad-direzzjoni wkoll. barra pajjiżna.

Sadannitant is-Surmast Gużeppi Stivala kien spiċċa wkoll imexxi il-banda tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863. tar-Rabat Għawdex, il-Banda ta’ San Ġorġ bejn 1925 u 1926. Waqt li bejn l-1929 u 1939 sa ftit qabel bdiet il-Gwerra mexxa lis-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ ta’ Bormla. Bejn 1933 u 1937 kien is-Surmast Direttur ta’ Banda oħra minn Għawdex, dik ta’ Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863. ta’ Santa Marija.

Meta il-Gżejjer Maltin sofrew il-perjodu aħrax tat-Tieni Gwerra Dinija, u f’dawn il-perjodu la kienu saru festi u l-ebda attivitajiet oħra ħlief li xi kultant meta l-attakki kienu ibgħattu, kien jorgnizzaw xi ħaġa ta’ malajr l-aktar biex jgħollu l-moral.

Barra pajjiżna, meta kien b’servizz f’Tuneż, kellu stedina biex ikun is-Surmast tal-Banda Melita ta’ Tuneż. U hekk bdiet il-karriera tiegħu, bħala Surmast Direttru mal-Banda Melita ta’ Tuneż.

Għamel żmien mal-Banda Melita ta’ Tuneż, u sa anki kien strumentali, biex il-Banda Melita tiġi wkoll f’pajjiżna u taħt id-direżżjoni tas-Surmast Ġużeppi Stivala daqqet wkoll matul it-toroq prinċipali tal-Belt Valletta.

Mro. Gużeppi Stivala kien iddeċieda, li jirritorna lura Malta għal kollox, l-Aħbar ġriet li is-Surmast Stivala kien ġej lura Malta, u ċerti baned bdew jaħsbuha biex anki javviċinawh u f’qasir żmien ingħaqad magħhom.

Inċidentalment l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta, kienet għadda kif tilfet lis-Surmast preżent tagħha Mro. Salvatore Mallia li kienu ilu jidderiġi il-Banda mill-1924 sakemm miet fl-1936. Il-Kumitat kien ħadem b’sħiħ biex il-banda jerġa ikollha Surmast mill-aqwa, Il-Kumitat kien ħa anki l-opinjoni tal-bandisti tiegħu, fejn kien hemm qbil ta’ mija fil-mija, li is-Surmast Gużeppi Stivala ikun mitlub li jieħu it-tmexxija tal-banda f’idejh. Is-Surmast Stivala kien aċċetta bil-qalb kollha li jieħu l-banda taħt id-direzzjoni tiegħi, u sa anki beda wkoll jieħu mteress biex jara l-banda tkun armata sew bi strumenti ġodda, iżjed moderni u superjuri minn dawk li kien ilhom snin jintużaw u jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra.u f’qasir żmien, dak li għall bidu deher ħolma kemm xejn impossibbli li jsir realta. Il-Banda L’Isle Adam wettqet l-isforżi tagħha u ġiet, għammra sew bi strumenti ġodda tal-famuża ditta mużikali Boosey & Hawks.

B’hekk is-Surmast Stivala setgħa jisma u jħoss sabiħ qrib tiegħu, u kompla joħroġu xogħlijet tajbin aktar mill-qalb fil-kompożizzjoni, fit-traskrizzjoni u fid-direzzjoni.

Meta il-Gżejjer Maltin sofrew il-perjodu aħrax tat-Tieni Gwerra Dinija, u f’dawn il-perjodu la kienu saru festi u l-ebda attivitajiet oħra ħlief li xi kultant meta l-attakki kienu ibgħattu, kien jorgnizzaw xi ħaġa ta’ malajr l-aktar biex jgħollu l-moral.

Bejn 1936 u 1939 kien telaq il-Banda tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta waqt li baqa Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjeta’ Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) ta’ Raħal Ġdida. Hawn tajjeb li negħdu li bejn 1945 u 1950 kien reġa lura idderiġi il-banda tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta.

Sadanittant is-Surmast Gużeppi Stivala kien avviċinat wkoll biex ikun is-Surmast Diretturi tas-Soċjeta’ Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) ta’ Raħal Ġdida fejn kien ħa post is-Surmast Carmelo Camilleri li kien idderiġa il-banda bejn 1935 u 1948.

Maestro Gużeppi Stivala mill-pinna tiegħu ħarġu diversi xogħlijiet ta’ livell klassiku għoli, bħa marċi Sinfoniċi, Marċ Nrijużi, Marċi Funebri u Sinfoniji, fosthom il-famuża ‘Sinfonija Pathetique’, li spiċċat indaqqet għall- ewwel darba fil-Bristish Institute mill-Orkestra tal-Armiral Ingliż, taħt id-direzzjmu tad-Durmast Bellizzi. Gużeppi Stivala kiteb wkoll ‘Shoulder to Shoulder’ Marċ a klassika li fiha niseġ flimkien b’sengħa kbira iż-żewġ Innijiet Nazzjonali. Dak Malti u dak Ingliż.

B’din il-silta miktuba fit-tmiem l-aħħar gwerra Gużeppi Stivala ried u rnexxieu iwassal messeġġ permess  tal-mużika, il-ħidma id’ f’id u Spalla ma’ Spalla bejn il-Maltin u Ngliżu fil-gwerra kontra in-Nażiżmu tal-Ġermanja u l-Faxxiżmu ta l-Italja. Apparti dan kiteb l-Innu Popolari tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta li kien kitbu fl-1949.

Marċ funebri li għadu jindaqq fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat ta’ l-Imdina, iġib l-isem ta’ Vers La Calvaire. X’ingħidu mbagħad għal arranġamenti tiegħu. L-arranġamenti tiegħu għal Banda bħal-Overtures Kollosali 1812 u Struensee, ta’ Selections u Fantasiji minn opri speċjalment dawk Puċċinjani kienu arranġamenti tal-ogħla klassi li jħabtuha mal-aqwa Surmastrijiet barranin.

Fi Franza kien rebaħ konkors internazzjonali permezz ta’ “Suite Oriental” minn fost ħafna Surmastrijiet barranin.

Ix-Xjuħ tagħna, dawk dilettenti, żgur li għadu jidwi f’widnejhom sal-lum l-applawsi kbar li kienu jingħataw lil Banda meta s-Surmast Stivala kien jasla fl-aħħar battuti ta’ xi Overture jew Fantasija, nhar San Pawl ta’ Jannar, fl-Imnarja jew San Duminku fl-Belt. Dawn il-programmi kienu jiġbdu numru kbir ta’ dilettanti tal-mużika klassika minn Malta kollha biex jammiraw u japlawdu s-sinkronizzazjoni perfetta bejn direttur u banda tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta.

Is-Surmast Stivala kien ħalla l-banda fl-1939, Kien ħalla l-banda tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta. u is-Suċċessur tiegħu kien inħatar is-Surmast Anton Muscat Azzopardi li mexxa l-Banda mill-1940 sa l-1945. U wara li Muscat Azzopardi kien jirreżenja, Mro. Gużeppi Stivala kien reġa ġie avviċinat biex jerġa ikompli imexxi l-banda tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta. imma qrib l-1949 kien avviċina lill-Kumitat u lis-Sur Ġużeppi Debono u kien qallhom, li kontra qalbu kien se jieqaf imħabba raġunijet ta’ saħħa. U kien issuġerixxa li it-tmeccija tal-Banda terġa taqa f’idejn is-Surmast Anton Muscat Azzopardi u hekk xewqtu tkun maqtugħa.

Kien id-9 ta’ Mejju, 1950 li is-Surmast Giużeppi Stivala ħalla din id-dinja, biex imur fejn San Ġużepp li tiegħu kien iġib ismu kif wkoll kien Fratell ta’ Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp hu kellu biss 53 sena.

Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta kienet ħadet ħsieb il-funeral tiegħu flimkien mal-fratelli u lil bandisti, fejn kien beda mis-Saqqajja sal-Knisja Ta’ Ġieżu fejn kien akkumpanjat bil-marċ funebri tiegħu ‘Vers Le Calvaire’ u l-fdalijiet tiegħu għadhom jinstabu fil-kannirja ġol-qabar numru 6 flimkien ma oħrajn sħabu il-Fratelli ta’ San Ġużepp u Bandisti tal-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat Malta, fis-Santwarju ta’ San Ġużepp ir-Rabat. Fl-1985 kien innawgurat bust tiegħu maħdum mill-iskultur Rabti Anton Agius li jinsab fis-stess sede’ tal-każin.