Ġiuseppe Micallef

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Ġiuseppe Micallef twieled fil-5 ta’ Ġunju 1854, f’ Ħaż-Żabbar. Iben Antonio Micallef u Carmela Meli. Huwa ġie mgħammed minn Dun Gaetano Agius fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar. Giuseppe kien l-uniku tifel minn familja ta’ erbat itfal. Ħutu l-kbar kienu Maria u Giovanna, filwaqt li kellu oħtu oħra iżgħar minnu, Felicia.

Fl-1869, wara snin jgħix fl-Asilo degli Orfani, daħal jagħmel parti mir-Royal Malta Fencible Artillery.

Huwa żżewweġ lill-armla Grazia Psaila nhar is-6 ta’ Mejju 1877 fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar. Minn dan iż-żwieġ Giuseppe u Grazia kellhom sitt itfal, bl-aħħar wieħed imut meta kien għadu tarbija.

Giuseppe Micallef kien magħruf bil-laqam ta’ Baqrambun, liema laqam eventwalment ingħata lill-ewwel banda Żabbarija li huwa mexxa. Micallef serva wkoll fuq diversi vapuri militari Ingliżi li fuqhom vjaġġa f’ħafna postijiet differenti. Apparti l-involviment tiegħu mas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae, Micallef kien surmast imfittex ħafna u b’hekk serva ma’ ħafna baned oħra madwar Malta.

Is-Surmast Giuseppe Micallef apparti kien l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda tas-Societa Filarmonika Maria Mater Gratiæ bejn 1983 u 1890, kien reġa okkupa il-kariga fil-perjodi ta bejn 1891 u 1893, 1895 u 1899.

Giuseppe Micallef miet il-Ħamrun nhar l-20 t’Ottubru 1914 fl-età ta’ 60 sena u ndifen fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.