Ġianni Vella

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Ġanni Vella twieled il-Mosta fid-29 ta' Settembru, 1890. Missieru kien lndri u Ommhu kien jisimgħa, Karmena nee’ Micallef it-tnejn kienu mill-Mosta u kienu iżżewġu fl-4 t’Awwissu, 1889. U flimkien ma Ġanni kellhom sitt ulied oħra.

Missieru kellu sengħa ta’ bennej u kuntrattur xogħol li dik il-ħabta kien jitħallas b’ ftit ħbub, għad li l-ħajja kienet irħisa, imma billi l-pagi kienu żgħar wisq, ma kenux ilaħħqu biżżejjed mal-ħajja, għall-familja, u fuqhekk, Ġanni, kien għadu tifel, ħareġ mill-iskola biex igħin li1 missieru u jaqla' xi sold. Wara jum xogħol, flok jilgfiab id-domnu jew il-karti f’xi ħanut tat-te, Ġanni kien imur jitgħallem il-muzika għand is-Surmast Diacono u oħrajn. Moħħu jagħtih, ta' 19 il-sena narawh trumbun solista mar-Royal Malta Artillery u fil-Banda Cittadina La Vallette jew kif nafhuha is-Società Filarmonica Nazionale La Valette u daqq solista f’konkorsi ma' l-aħjar baned ta' Malta sew fil-Kontinent u sew fl-Afrika ta' Fuq.

Il-ġenju msieħeb ma rieda tajba u qawwija għall-istudju kien Ii qanqlu u mixxiħ 'ii quddiem fl-arti tal-mużika. Studja l-armoni ja u l-kontrapont għand l-imsemmi Surmast Ġuże Abdilla, laħaq kompożitur ta' bosta xogħiljiet: Marċi trijonfali, Marċi funebri, 8 Fantasiji, 6 Fantasiji deskrittivi, Scherzo romantico, 2 Intermezzi, Varjazjoni għat-trumbun kantabbli, 5 Scherzi, l-lnnu lill San Nikola u Fantasija deskrittiva San Ġorġ Martri, imfassla fuq episodju mill-ħajja tal-Qaddis, biċċa xogħol li tfaħħret mill-aħjar nies ta' l-Arti.

Is-Surmast Ġanni Vella kien ukoll Direttur tajjeb, iderieġa il-Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette, dik tar-Royal Malta Artillery, ta' l-Għaqda Mużikali L'Isle Adam, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, Każin Banda San Nikola ta' Is-Siġġiewi u s-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta, Kien maħbub u mweġġaħ mill-bandisti u l-kumitati, Nħar it-23 ta' Novembru, 1947, għeluq il-25 sena Ii kien ilu jaqdi I-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard, saru f ġieħu festi kbar ġewwa u barra l-każin; u wisq aktar wara t-twettiq ta' programm ta' mużika diretta minnu, Ii beda bil-Fantasija Silver Jubilee u għalaq bl-Intermezz Liberta, it-tnejn xogħol tas-Surmast, Kompozitur u Direttur Ġanni Vella.

U fl-1949 il- Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi għamlet dmirha ukoll mas-Surmast Ġanni Vella f’ egħluq il-25 sena Ii jaħdem għall-banda bħala Direttur

Is-Surmast Ġanni Vella miet fis-16 ta' Frar, 1955. Il-Mostin baqgħu dejjem grati lejn dan il-Patrijott tagħhom Ii dejjem kien minn ta' quddiem biex isem il-Mosta jgħollih kif jixraqlu. Il-Mostin semmew triq għalih fil-Mosta. [[Category: Società Filarmonica Nazionale La Valette]]