Difference between revisions of "In Tunis - 1927"
(Included Page: In Tunis - 1927) |
(Arranged Page: In Tunis - 1927) |
||
Line 1: | Line 1: | ||
Il-fama mill-aqwa li kisbet il-Banda fi żmien [[Artz]] waslet ukoll fil-kontinent Afrikan. F’April tal-1927, ġiet mistiedna mill-kolonja Maltija ta’ Tuneż għall-festi reliġjużi u ċivili li kellhom jibdew f’Mejju. Il-kumitat aċċetta l-istedina u fil-31 ta’ Mejju, il-Banda flimkien ma’ għadd t’ ammiraturi imbarkaw lejn Tuneż. Kif waslu hemm, sabu jilqgħuhom ħafna Maltin li komplew jakkompanjawhom waqt iż-żjarat li għamlu lill-Gvernatur, lill-Konslu Ingliż u lill-Bej ta’ Tuneż wara li niżlu ‘l art. | |||
L-ewwel programm il-Banda għamlitu fil-lokalita` magħrufa bħala Phjara. Mro. Artz kellu fiduċja sħiħa fl-assistent tiegħu Paċifku Scicluna, tant li l-ewwel programm fdah f’idejh. Hawn l-Assistent Direttur idderieġa mużika ta’ kompożituri Maltin flimkien ma’ oħrajn ta’ Verdi, Brahms u Gounod. | |||
It-tieni programm sar f’wieħed mill-isbaħ teatri tal-belt ta’ Tuneż – it-Teatro '''Alhambra'''. Dik il-lejla kienu preżenti l-ogħla uffiċjali tal-belt. Mro. Artz ippreżenta l-kompożizzjoni tiegħu Lil Malta, dik ta’ [[Nicolo Isuoard]] Avviso ai Maritati u r-Rosenkavalier ta’ Strauss. Is-Sinjura Artz għamlet il-parti tagħha wkoll billi interpretat diversi arie u kanzunetti akkompanjata minn żewġha fuq il-pjanu. Il-kunċert kien spiċċa bis-soliti diskorsi tal-okkażjoni u għoti ta’ rigali u wara bid-daqq tal-God Save u l-Innu Nazzjonali Franċiż. Wara, il-Maltin ta’ Tuneż kienu taw pranzu għall-membri tal-kumitat u l-bandisti li għalih ġew mistiedna l-Uffiċjalita` ta’ Tuneż u l-Konslu Ingliż. | |||
L-aħħar programm sar fil-Belvedere ta’ Tuneż, fejn fir-repertorju għal dakinhar, Artz kien inkluda l-kompożizzjoni ta’ '''Respighi Le Fontane di Roma''', li ntlaqgħet b’applawsi kbar, li komplew fit-tul wara li l-Banda ġiet ippreżentata bi stendard mill-Maltin li kienu jgħixu hemm. | |||
Wara li dawn il-mawriet kienu suċċess, fl-istess żminijiet waslu stediniet oħra, iżda għal diversi raġunijiet, dawn ma setgħux jintlaqgħu. Kemm il-gwerra tal-1914 u kemm l-oħra ta’ warajha sfrattaw pjanijiet li kien hemm għal mawriet oħrajn. Fost dawn kien hemm dik li saret lill-Banda sentejn qabel it-Tieni Gwerra dinjija. Din waslet mingħand id-direttur J.C. Bonnici ta’ Ville de Tunis, biex tieħu sehem f’Konkors Internazzjonali tal-Mużika li kellu jsir bejn is-16 u t-18 ta’ April 1938. Kienet ħasra ukoll li fl-1998, il-parteċipazzjoni għall-ewwel darba minn wara l-gwerra ta’ din il-Banda ma rnexxietx. Konkors għall-baned, li ġiet mistiedna biex tieħu sehem fih, li kellu jsir f’Como, l-Italja, f’Lulju ta’ dik is-sena, kien tħassar minħabba xi diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-organizzaturi. |
Latest revision as of 15:03, 4 May 2023
Il-fama mill-aqwa li kisbet il-Banda fi żmien Artz waslet ukoll fil-kontinent Afrikan. F’April tal-1927, ġiet mistiedna mill-kolonja Maltija ta’ Tuneż għall-festi reliġjużi u ċivili li kellhom jibdew f’Mejju. Il-kumitat aċċetta l-istedina u fil-31 ta’ Mejju, il-Banda flimkien ma’ għadd t’ ammiraturi imbarkaw lejn Tuneż. Kif waslu hemm, sabu jilqgħuhom ħafna Maltin li komplew jakkompanjawhom waqt iż-żjarat li għamlu lill-Gvernatur, lill-Konslu Ingliż u lill-Bej ta’ Tuneż wara li niżlu ‘l art.
L-ewwel programm il-Banda għamlitu fil-lokalita` magħrufa bħala Phjara. Mro. Artz kellu fiduċja sħiħa fl-assistent tiegħu Paċifku Scicluna, tant li l-ewwel programm fdah f’idejh. Hawn l-Assistent Direttur idderieġa mużika ta’ kompożituri Maltin flimkien ma’ oħrajn ta’ Verdi, Brahms u Gounod.
It-tieni programm sar f’wieħed mill-isbaħ teatri tal-belt ta’ Tuneż – it-Teatro Alhambra. Dik il-lejla kienu preżenti l-ogħla uffiċjali tal-belt. Mro. Artz ippreżenta l-kompożizzjoni tiegħu Lil Malta, dik ta’ Nicolo Isuoard Avviso ai Maritati u r-Rosenkavalier ta’ Strauss. Is-Sinjura Artz għamlet il-parti tagħha wkoll billi interpretat diversi arie u kanzunetti akkompanjata minn żewġha fuq il-pjanu. Il-kunċert kien spiċċa bis-soliti diskorsi tal-okkażjoni u għoti ta’ rigali u wara bid-daqq tal-God Save u l-Innu Nazzjonali Franċiż. Wara, il-Maltin ta’ Tuneż kienu taw pranzu għall-membri tal-kumitat u l-bandisti li għalih ġew mistiedna l-Uffiċjalita` ta’ Tuneż u l-Konslu Ingliż.
L-aħħar programm sar fil-Belvedere ta’ Tuneż, fejn fir-repertorju għal dakinhar, Artz kien inkluda l-kompożizzjoni ta’ Respighi Le Fontane di Roma, li ntlaqgħet b’applawsi kbar, li komplew fit-tul wara li l-Banda ġiet ippreżentata bi stendard mill-Maltin li kienu jgħixu hemm.
Wara li dawn il-mawriet kienu suċċess, fl-istess żminijiet waslu stediniet oħra, iżda għal diversi raġunijiet, dawn ma setgħux jintlaqgħu. Kemm il-gwerra tal-1914 u kemm l-oħra ta’ warajha sfrattaw pjanijiet li kien hemm għal mawriet oħrajn. Fost dawn kien hemm dik li saret lill-Banda sentejn qabel it-Tieni Gwerra dinjija. Din waslet mingħand id-direttur J.C. Bonnici ta’ Ville de Tunis, biex tieħu sehem f’Konkors Internazzjonali tal-Mużika li kellu jsir bejn is-16 u t-18 ta’ April 1938. Kienet ħasra ukoll li fl-1998, il-parteċipazzjoni għall-ewwel darba minn wara l-gwerra ta’ din il-Banda ma rnexxietx. Konkors għall-baned, li ġiet mistiedna biex tieħu sehem fih, li kellu jsir f’Como, l-Italja, f’Lulju ta’ dik is-sena, kien tħassar minħabba xi diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-organizzaturi.