Peace Band Club

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar A.D.1862

Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar

Mat-twaqqif tal-purċisjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar fil-1749, dejjem kien jissemma l-element ta’ mużiċisti li ħadu sehem fil-purċisjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Iżda l-ewwel li sibna li għandu x’jaqsam mal-Banda kien propju fis-sena 1861-1862, fejn insibu li kien hemm ħlasijiet per la banda Musicale.

Dan insibuħ miktub minn l-Avukat Ignazio Micallef, li kiteb it-tifkiriet ta’ żmienu. Għaldaqstant id-data 1862 dejjem kienet miżmuma bħala d-data tat-twaqqif tal-Banda, kif ukoll jidher mill-arma u l-istandart antik li sar qrib l-aħħar tas-seklu dsatax. Sal-1892 il-Banda kellha l-isem ta’ "Melita", bl-ewwel President lill-Markiz Vincenzo Bugeja u Surmast Direttur kien Mro. C. Mosaca, dan żamm id-direzzjoni tal-Banda għal 10 snin. Fl-1 ta’ Mejju 1892, xi bandisti Naxxarin ingħaqdu mal-Banda antika Melita biex fid-9 ta’ Mejju 1892 iffurmaw il-Banda bl-isem La Pace. L-Ewwel Surmast Naxxari kien is-Surmast Vittorio Scerri li ha t-tmexxija tal-Banda bejn 1902 u 1904 reġgħa mexxa l-Banda mill- 1914 sal 1917. Insibu li 1908 il-Banda kellha l-uniformi tagħha.

Fil-kitbiet tal-Avukat Micallef insibu li f’dawk iż-żminijiet, 1890, kienu jiltaqgħu fil-każin ta’ l-Artisti li kien f’numru 42B, Strada S. Luċija u ftehmu biex juzaw il-każin bħala skola tal-banda taħt l-isem Soċjeta’ Filarmonika La Pace. Fit-3 ta’ Frar 1917, il-Banda kellha Każin ġdid, dak fejn qegħda’ fħh sal-lum, jiġifieri Palazzo Vittoria fil-Pjazza Vittorja. Kien is-Sibt 13 t’Ottubru 1962 meta l-istess post sar propjeta tas-Soċjeta fejn b’ Atti tan-Nutar Francis Micallef inxtara l-Palazzo Vittoria.

Propju fl-1949, il-Banda kienet tant kibret li ma setgħetx toqgħod fuq il-planċier li kien sar fl-1895, hekk magħruf tal-arkati. Minn dak inħar beda ix-xogħol fuq il-Planċier l-ġdid. Fis-6 ta’ Settembru 1954 kienet maqtuha dik ix-xewqa u l-Banda daqqet fuq il-planċier wara li ġie imbierek mil-Isqof Mons. Emmanuel Galea fil-preżenza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Onor. J. Frendo Azzopardi. Fis-Sena 1995 saret l-iskultura fuq l-istess planċier. Tul iż-żmienijiet il-Banda kellha diversi zjarat kif ukoll daqqet f’bosta postijiet fejn anke ħarġet barra minn xtutna u propju f’Lulju tal-1957 marret Għawdex għal festa ta’ San Ġorġ, li għalkemm huma gżejjer Maltin kienet biċċa xogħol kbira għal dawk iż-żminijiet. Kellha parteċipazjoni fil-Karnival ta’ Malta u konkorsi, kompetizjonijiet f’disjijn ta’ toroq u faċċata tal-każin fi żmien il-Milied, fejn rebħet diversi unuri.

Insibu li fl-11 ta’ Novembru 1994 l-Banda kienet mistiedna il-hemm minn xtutna u marret l-Egittu fl-okkazjoni tal-125 sena mill-ftuħ tal-Kanal tas-Swejz. Hija ġiet milqugħa mill-Ambaxxatur Malti u daqqet tlett darbiet, fil-Kajr, Lixandra u Port Said. Hawn ġejna apprezzati u l-Banda qalet diversi rigali għal eżepiżjoni li tgħat bil-Bandisti żgħażagħ tagħha. F’inqas minn sena wara, 14 ta’ Settembru 1994, inqas minn ġimgħa wara l-festa tal-parroċċa, reġħet ħalliet xtutna biex tmur il-Kanada, fejn ħadet sehem fil-Festi ta’ Marija Bambina ġewwa Toronto.

Is-Sena ta’ wara, u nerġgħu f’Settembru, il-Banda kienet mistiedna biex tmur tagħti kunċerti fi Sqallija, fill-villaġġ ta’ Balastrate u fl-Amfiteatru ta’ Citta del Mare.Mill-bidu tagħha, il-Banda, minbarra l-festa tal-Bambina fin-Naxxar, f’dawk iż-żminijiet, ħadet sehem ukoll fil-purċisjoni tad-Duluri li kienet issir f’Marzu. Fost il-ħafna kunċerti u marċi li esekwiet il-Banda tul iż-żminijiet insibu, f’Settembru 1885 daqqet fl-ewwel festa ta’ tifkira tal-Assedju l-Kbir, kienet mistiedna biex tagħmel marċ fi Triq Reale fil-Belt kapitali Valletta. Il-Kunċert kbir tal-11 ta’ Mejju 1892 meta l-Banda bidlet isimha għal dak La Pace.

Tlett snin wara daqqet program sabiħ fuq il-planċier ġdid fil-festa tal-Patruna u fill-1896 daqqet ukoll meta inġiebet l-istatwa ta’ Malta biex tintrama fil-jiem tal-festa. Din kienet tħalset mill-President ta’ dak iz-zmien. Fil-1897, fil-ġublew tad-djamanti tas-Reġina Vittorja, il-Banda daqqet ma' baned oħra matul Strada Reale, dak inhar ġiet mogħtija standard ta’ tifkira minn mart l-ammiral, is-sinjur Rodney. Għal ewwel darba, ndaqqu żewġ innijiet ta' Marija Bambina miktubin mill pinna tas-Surmast tas-Soċjeta Ferdinando Camilleri, dawn huma O Tfajla Mmakulata u Ngħannulek bil-ħlewwa, mill- 1919 sal-lum dawn għadhom jindaqqu biss waqt il-purċisjoni tat-titular tan-Naxxar. Wara l-gwerra, fin-1945 reġet ħadet sehem b’marċ tar-Rebħa fil-belt, 1950 il-Banda laqgħet lil-Gvernatur Sir Gerald Creasy flimkien mas-Sinjura tiegħu waqt żjara li kien għamel fin-Naxxar, fosthom żar il-każin, id-dar tal-kappillan u l-knisja.

Fil-15 ta’ Lulju 1951, il-kazin ġie kkonsagrat lill-Qalb ta’ Ġesu u dik ta’ Marija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi u saru festi tal-okkazjoni. Fl-istess sena nxtara l-artal li F’Egħluq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda saru festi tal-okkazzjoni fejn anke indaqq għal-ewwel darba l-Innu La Pace tas-Surmast bravu Joseph Fenech. Waqt zjara tar-Reġina Elizabetta II f’Ġunju tal-1967.

Fl-1987 saru diversi attivitajiet fiċ-celebrazzjonijiet tal-125 mit-twaqqif tal-Banda.Waqt zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II li kien għamel fil-gżejjer Maltin, hu kien għadda minn Naxxar u propju minn quddiem il-Każin fejn il-Banda laqagħtu b-innijiet għal l-okkażjoni.

Il-Banda ħadet sehem fil-Konkors Bandistiku nazzjonali tal-1993 fejn rebħet it-tielet post u kienet komposta b’numru kbir ta’ bandisti tal-post. Fl-10 ta’ Diċembru 2004, għamlet program mużikali ad unur in-Nutar Joseph Spiteri f’għeluq il-50 sena president tas-Soċjeta, din is-serata saret f’Palazzo Parisio. Is-Sena 2002 inkitbet paġna oħra fejn ġie ċċelebrat il-140 sena tal-Banda li barra li ħadna sehem fi programm ma l-tlett Baned l-oħra li jġibu wkoll l-istess dati bħal tagħna, tellajna wkoll program waħedna. Is-Soċjeta hija mmexxija fuq linji moderni bi statut aġġornat u ġie approvat f’Seduta ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2004, fejn għandek il-Kumitat ċentrali jkoll it-tlett karigi prinċipali, dik tal-President, tas-Segretarju u tal-Kaxxier, jiġu eletti direttament b’elezzjoni individwali, tlett membri oħra jkunu d-Diretturi tas-Sezzjonijiet u sitt membri eletti b’votazzjoni.

Għalhekk insibu Sotto kumitati Banda, Żgħażagħ u Nisa. Għal xi żmien kienu jeziztu ukoll kummisjonijiet tal-Armar, Sports u attivitajiet Soċjali. Matul is-sena 2005-06, komplew il-proġetti fosthom il-bini tas-Sala l-kbira u anke tlesta x-xogħol fis-Sala Marija Bambina li ġiet inawgurata nhar l-1 ta’ Settembru 2006 mill-E.T. Onor. President ta’ Malta Dott. Edward Fenech Adami u mbierka mill-Kan. Arċipriet Dun Evan Caruana. Beda xogħol fuq il-faċċata prinċipali dik li tagħti fil-pjazza Vitorja, fejn tpoġġa l-ħadid tad-dawra flok dak tal-konkrit li kien fi stat ħazin u perikoluż.Issa kien jinħas il-bzonn li l-faċċata prinċipali tiġi restawrata, u l-progett prinċipali għas-sena 2008 kellu jkun propju dan ix-xoghol. Wara riċerka kif seta jsir ix-xoghol skont is-sena, taħt il-gwida tal-Perit Mark Borg sar ir-restawr tal-faċċata. Fl-istess żmien li kien għaddej ix-xogħol fuq il-faċċata.

F’Mejju tal-istess sena, kienet saret tfiċċija mill-pulizija fil-każin minn fejn kienu elevaw xi materjal illegali li kien f’moħba fil-kantina tas-Soċjeta. Propju nħar it-3 ta’ Mejju 2008 l-Każin kien ġie ordnat mil-Maġistrat Miriam Hejman biex jinżamm magħluq sa kemm isiru aktar stħarriġ. Fuq l-istess każ, il-kumitat kollu ta’ dak iż-żmien kien ġie imħarrek u mressaq il-qorti fuq akkuzi b’konnesjoni ma dak il-materjal perikoluż li nstab fil-kazin.

Nhar is-27 ta’ Marzu 2009, il-Qorti tgħat permess biex jerġa jinfetaħ il-każin, iżda l-pulizija irrifjutat li s-Segretarju jkun wieħed minn dawk li għaddejjin bil-każ fil-Qorti. Għalhekk, skond kif jitlob l-istatut tal-istess Soċjeta, inħatar segretarju s-Sur Walter Amato li kien ikkontesta għal kariga u fl-istess ħin ma kienx wieħed mill-membri tal-kumitat fi żmien li saru l-arresti tal-membri kollha. Matul l-perjodu li l-każin kien magħluq, il-kumitat ħadem biex l-attivijajiet u l-impenji tal-banda jibqgħu għaddejjin. Kien jiltaqa regolarment f’postijiet privati u anke tellgħa diversi attivitajiet għal membri.

Iżda bil-propjeta magħluqa ftit li xejn seta jsir biex tinżamm il-manutenzjoni tal-bini, u hekk kif reġa’ fetaħ il-Każin wieħed seta’ jevalwa kemm kienet saret ħsara. Fosthom insibu diversi ħitan speċjalment fejn daħal l-ilma kellhom konsenturi kbar, xi soqfa faqqat ix-xibka, l-arblu prinċipali kien spiċċa għal kollox, diversi ħsarat fuq makkinarju tal-eletriku u ħwejjeġ oħra. Għalhekk il-kumitat kien ħaseb li l-aħjar mod biex nerġgħu nibdew il-ħajja bil-Każin miftuħ kien li jsiru xi regolarmenti ġodda kif ukoll ngħatu dehra ġdida lil każin. Propju nhar it-2 ta’ Mejju 2009, il-bibien tas-Soċjeta reġgħu fetħu għal pubbliku.

Organisation

Surmastijiet tal-Banda Melita

No Surmastijiet Minn Sa
01 C. Mozaka 1862 1872
02 Vincenzo Carabott 1878 1880
03 Carmelo Farrugia 1884
04 Giuseppe Micallef 1884 1890
05 Carmelo Abela Scolaro 1890 1892

Surmastijiet tal-Banda La Pace

No Surmastijiet Minn Sa
06 Domenico Miruzzi 1892
07 Gavino Camilleri 1892 1894
08 Vittorio Xerri 1894
09 Gavino Camilleri 1894
10 Ġiuseppe Micallef 1894
11 Gaetano Grech 1894
12 Carmelo Doneo 1900 1902
13 Vittorio Xerri 1902 1904
14 Gavino Camilleri 1904 1914
15 Vittorio Xerri 1914 1917
16 Ferdinando Camilleri 1917 1922
17 Antonio Abela 1922 1925
18 Giuseppe Camilleri 1925 1926
19 Antonio Abela 1926 1930
20 Chev.Giuseppe Busuttil 1930 1944

Surmastijiet tal-Banda Peace

No Surmastijiet Minn Sa
21 Salvatore Schembri 1944 1969
22 Carmelo Camilleri 1969 1978
23 Joseph Xuereb 1978 1986
24 Clemente Sciberras 1986 1991
25 Lino Pirotta 1991

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Chev. Vincenzo Bugeja C.M.G 1862 1875
02 Chev. Marquis Carlino Bugeja 1875 1900
03 Ġużeppi Ellul Bonici 1900 1904
04 Walter Ellul Bonici 1904 1907
05 Antonio Zammit 1907 1921
06 Dr. Lewis Mizzi LL.D. 1921 1932
07 Capt. Robert Mizzi 1932 1943
08 Dr. Lewis Mizzi LL.D. 1943 1944
09 Capt. Robert Mizzi 1944 1948
10 Ġużeppi Muscat 1948 1951
11 Not. Dr. Ġużi Spiteri LL.D. 1951 1977
12 Apothecary. Joseph Deguara B.Sc.Ph.c 1977 1981
13 Not. Dr. Ġużi Spiteri LL.D. K.O.M 1981 2000
14 John Debono 2000 2005
15 Carmel Grech F M A AT 2005 2012
16 Dr.Martin Fenech LL.D 2012 2019
17 Edward Azzopardi B.Ed.(Hons) 2019

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Walter Amato 2009 2013
02 Matthew Pullicino 2013

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Mariella Chetcuti 2021

Note

  • Melita - 1862 - 1892
  • La Pace - 1892 - 1944
  • Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar - 1944 -

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

[[1]]

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - 50 Sena Planċier (1954 - 2004) (2004) 2004 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - 155 Sena Banda (2017) 2017 *
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Fiat Voluntas Tua - 'Tkun magħmula r-rieda Tiegħek' (2018) 2013 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Osculum Proditionis - 'Il-Bewsa tat-Tradiment' (2018) 2018 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 145 Sena Banda - 31 ta' Marzu, 2007 - Soċjeta Mużikali Peace Naxxar - Programm Sagru 2007 *
02 Cantata' - L-Għanja tal-Paċi (2012) - Soċjeta Mużikali Peace Naxxar 2012 *
03 Via Crucis (12 ta' Marzu, 2016) - Soċjeta Mużikali Peace Naxxar 2016 *

Programmes and Publications

Memorials

External links